Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jżur l-aħħar provi tal-Malta Eurovision Song Contest

pr230214
Date Icon 09/02/2023

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici iltaqa' mal-mużiċisti, kantanti u l-organizzaturi tal-Malta Eurovision Song Contest waqt żjara li għamel fl-MFCC, Ta' Qali.

Il-Ministru Bonnici qal li dan il-festival jagħti spazju kemm lill-kantanti kif ukoll lill-kompożituri u l-awturi sabiex jesponu t-talenti tagħhom b'kanzunetti oriġinali.

Din is-sena ingħatat opportunità ukoll lil iktar kantanti biex jagħtu l-interpretazzjoni tal-kanzunetta tagħhom fil-pubbliku, bl-introduzzjoni tal-Kwarti tal-Finali.

Huwa kompla jispjega kif il-Malta Eurovision Song Contest jibqa' f'qalb il-Maltin u l-Għawdxin u kull sena jattira udjenzi kbar, kemm fis-sala kif ukoll permezz tax-xandiriet diretti fuq it-televiżjoni u fuq il-mezzi soċjali.

40 kanzunetta oriġinali ġew interpretati mill-kantanti parteċipanti matul tliet programmi mxandra fuq TVM bejn it-13 u s-27 ta' Jannar. Is-semi-finali se jkun imxandar b'mod dirett nhar il-Ħamis 9 ta' Frar fejn 24 kantant u kantanta se jagħtu l-wirja tagħhom fuq il-palk tal-MFCC biex il-ġurija u l-pubbliku jiddeterminaw sittax-il finalist. L-għażla finali li tiddetermina r-rebbieħ tal-Malta Eurovision Song Contest 2023 se ssir nhar is-Sibt 11 ta' Frar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jżur l-aħħar provi tal-Malta Eurovision Song Contest
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Il-Ministru Owen Bonnici jżur l-aħħar provi tal-Malta Eurovision Song Contest
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow