Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Tissokta l-ħidma tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fit-Turkija

pr230211
Date Icon 08/02/2023

Matul il-jum tal-Erbgħa ssoktat il-ħidma ta' salvataġġ tal-kontinġent Malti tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili f'Malatya, it-Turkija. It-32 uffiċjal qed jaħdmu f'waħda mill-iżjed żoni milquta mit-terremot fit-Turkija. Fil-fatt id-diżastru huwa agħar minn dak li kien maħsub qabel dan il-kontinġent ħalla pajjiżna.

Dawn l-uffiċjali, li qed  jaħdmu fuq bażi ta' 24 siegħa kuljum, qed jaħdmu mhux biss f'kundizzjonijiet ta' temp kiesaħ ħafna iżda wkoll qed jesperjenzaw it-theżżiżiet li qed iseħħu wara t-terremot. B'din il-ħidma tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili mistennija tibqa' għaddejja matul il-jiem li ġejjin.

Iċ-Chief Assistance Rescue Officer, Kevin Pace, li qed imexxi t-tim Malti fit-Turkija qal li s-sitwazzjoni hi waħda mimlija sfidi, fosthom fejn tidħol komunikazzjoni minħabba l-lingwa u l-elementi tat-temp. Spjega li bħalissa t-tim Malti xogħlu hu li jillokalizza nies li possibbilment huma midruba, u eventwalment dawn jinħarġu minn taħt it-terrapien.

F'telefonata lill-uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili fit-Turkija, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, tenna li huma qed jagħmlu unur lil pajjiżna f'din is-sitwazzjoni iebsa fit-Turkija u fis-Sirja, u qed iwasslu l-qalb kbira tal-Maltin bil-ħidma tagħhom. Il-Ministru Camilleri tenna li issa apparti li qed isalvaw il-ħajjiet f'Malta, qed jagħmlu dan ukoll lil hinn minn xtutna.

Intant, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jfakkar li qed jinġabru ammont ta' provvisti mill-pubbliku Malti sabiex jintbagħtu lill-poplu tat-Turkija u tas-Sirja. Dawn l-għotjiet qed jintlaqgħu kuljum fl-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar f'Ħal Far u fix-Xewkija, Għawdex, bejn id-9am u l-5pm.

Il-pubbliku Malti huwa mħeġġeġ jieħu provvisti tal-ikel, ilbies li jsaħħan, gvieret, tined u materjal ieħor li jkun meħtieġ fiċ-ċirkostanzi preżenti ta' dawn il-pajjiżi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow