Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ €166 miljun minn fondi Ewropej għall-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni

pr230210
Date Icon 08/02/2023

Il-Ministru għall-Agrikoltura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett, ħabbar il-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni (CAP) għal Malta 2023-2027. Għal dan il-programm operattiv, li jifforma parti mill-pakkett ta' €2.2 biljun li nnegozja b'suċċess il-Gvern Malti, hemm allokat investiment ta' €166 miljun.

F'konferenza tal-aħbarijiet, fil-preżenza ta' bosta msieħba li jaħdmu fil-qasam, ġie spjegat kif dawn il-fondi se jolqtu b'mod pożittiv lis-settur u lir-raħħala u bdiewa Maltin u Għawdxin.

Il-Ministru Anton Refalo tkellem dwar kif dan il-pjan ta' fondi Ewropej għas-seba' snin li ġejjin, se jara żieda sostanzjali fl-allokazzjoni għall-pagamenti diretti biex itejbu l-qagħda ekonomika tal-bdiewa. Huwa spjega li permezz ta' dawn il-fondi ser jinħarġu diversi skemi fosthom skema għall-bdiewa żgħażagħ biex jakkwistaw art agrikola; skemi mmirati biex itejbu d-drittijiet u l-ħarsien tal-annimali; u skemi b'enfasi akbar fuq il-biedja organika b'miri ambizzjużi.

Il-ministru kompla jgħid li apparti l-pagamenti diretti, il-pjan se joffri wkoll għajnuna għall-investimenti bħall-immodernizzar tal-irziezet, ix-xiri ta' makkinarju biex titjieb l-effiċjenza fil-biedja, investimenti fi strutturi agrikoli bħal ħitan tas-sejjieħ, investimenti f'enerġija rinnovabbli u f'riċerka u inizjattivi ta' kooperazzjoni bejn entitajiet u l-bdiewa nfushom, u għajnuna teknika mis-servizzi konsultattivi tal-Agriconnect.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett sostna li fiż-żmien li ġej se jiġu diskussi mal-Monitoring Committee tal-Kummissjoni Ewropea l-kriterji li għandhom joħorġu fl-espressjoni ta' interess għal-local action groups.

“Bil-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni għal Malta 2023-2027 se nkunu qegħdin nappoġġjaw lis-settur agrikolu biex imorru lejn prattiċi iktar sostenibbli u favur l-ambjent. L-agrikoltura rriduha ssir ħolqa iktar b'saħħitha fl-istrateġija wiesa' ta' pajjiżna. Bil-€166 miljun irridu nkunu ta' appoġġ għas-settur sabiex jikber u jsir iktar reżiljenti filwaqt li nħarsu r-riżorsi naturali u l-bijodiversità tal-pajjiż", qal Chris Bonett.

Apparti li se jibbenefikaw minn fondi Ewropej, il-bdiewa u r-raħħala se jkunu qed igawdu minn skemi oħra mnedija mill-gvern, fosthom skemi ta' taħriġ għall-bdiewa żgħażagħ għall-ħarsien tal-annimali kif ukoll skema tal-vawċers għall-fertilizzanti sabiex jitnaqqas il-piż ekonomiku li qed jirriżulta mill-gwerra ġewwa l-Ukrajna, fost oħrajn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ €166 miljun minn fondi Ewropej għall-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ €166 miljun minn fondi Ewropej għall-Pjan Strateġiku tal-Politika Agrikola Komuni
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow