Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU NAZZJONALI TAL-VERIFIKA IT Audit: Active Ageing and Community Care

pr230209
Date Icon 08/02/2023

L-Awditur Ġenerali, Charles Deguara, ippreżenta lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia, ir-rapport tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO) bit-titlu 'IT Audit: Active Ageing and Community Care'.

Ir-rapport kien jinkludi reviżjoni tas-sistemi u l-infrastruttura tal-IT li qed jintużaw mid-Direttorat għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC) f'Malta. Il-verifika kellha l-għan li tiddetermina jekk l-AACC kellhiex il-kontrolli meħtieġa fis-seħħ biex iżżomm il-kunfidenzjalità, l-integrità u d-disponibbiltà tad-data, tiżgura l-użu effiċjenti tar-riżorsi tal-IT kif ukoll biex tidentifika kwalunkwe riskju li jista' jkun hemm u tagħmel ir-rakkomandazzjonijiet meħtieġa biex itaffu tali riskji.

Is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li saru mill-NAO f'dan ir-rapport tal-awditjar, kienu essenzjalment dawn li ġejjin:

•          Billi l-AACC għad m'għandhiex pjan strateġiku formali tal-IT, l-NAO rrakkomanda li jitfassal dan il-pjan.

•          L-NAO nnota l-ħtieġa li jiġu ingaġġati aktar uffiċjali tal-IT biex titnaqqas id-dipendenza fuq uffiċjal wieħed u tiġi żgurata segregazzjoni xierqa tad-dmirijiet.

•          Saru rakkomandazzjonijiet mill-NAO fir-rigward tal-cable management, l-arja kondizzjonata, il-monitoraġġ tat-temperatura/umdità, smoke detectors u l-kontrolli tal-aċċess fiżiku f'xi kmamar/żoni tan-network tal-IT tal-AACC.

•          Il-backups tal-user u generic email boxes għandhom isiru regolarment.

•          L-AACC għandha tiżgura li r-rwoli u r-responsabbiltajiet relatati mal-amministrazzjoni tas-sistema ewlenija tal-IT il-ġdida li qed tiġi implimentata, ikunu definiti b'mod ċar fil-ftehim relatat ladarba s-sistema tiġi kummissjonata bis-sħiħ.

•          L-NAO rrakkomanda li jsiru laqgħat mal-IMU-MSPC u mal-iżviluppatur tas-software biex jiġu diskussi aġġustamenti tas-sistema/infrastruttura li forsi jkunu meħtieġa biex jiżguraw disponibbiltà kontinwa u livelli ta' prestazzjoni adegwati meta s-sistema tkun qed taħdem at full load.

•          L-entità teħtieġ li twettaq analiżi tal-impatt tal-operat tal-IT sabiex tfassal pjanijiet ta' kontinwità u ta' rkupru relatat ma' dan l-operat.

•          L-NAO rrakkomanda li l-AACC tirrevedi l-kontrolli tal-aċċess fiżiċi preżenti fil-binjiet kollha tagħha inkluż id-djar residenzjali u ċ-ċentri tal-kura matul il-jum sabiex tiżgura li l-miżuri attwali jkunu adekwati u aġġornati skont it-teknoloġija attwali.

•          L-NAO rrakkomanda li jsiru reviżjonijiet regolari tas-sistemi ta' kontroll u tifi tan-nar fis-siti kollha tal-AACC.

B'mod ġenerali, l-NAO faħħar il-fatt li l-AACC kienet qed tinvesti fi proġett ħolistiku għall-ħolqien ta' pjattaforma diġitali ġdida u l-implimentazzjoni ta' software li jkopri l-maġġoranza tas-servizzi tal-AACC.

Dan ir-rapport huwa aċċessibbli mill-websajt tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika www.nao.gov.mt jew mill-paġna ta' Facebook www.facebook.com/NAOMalta.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow