Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment għar-riċerka fis-settur tal-akwakultura

pr230206
Date Icon 08/02/2023

Id-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura bħalissa qiegħed iwettaq ħidma fuq proġett ta’ riċerka msejjaħ SIMTAP (Self-sufficient Integrated Multi-Trophic Aquaponic Systems). L-għan prinċipali tal-proġett SIMTAP hu li tiġi iddisinjata sistema innovattiva ta’ produzzjoni tal-ikel li tnaqqas b’mod drastiku l-għalf tal-ħut. Dan bil-għan li jitnaqqas l-impatt ambjentali minn dan is-settur. 

Dan ġie mħabbar mis-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said fejn spjegat li dan il-proġett mistenni jintemm din is-sena u qed isir b’ko-finanzjament ma’ bosta entitajiet governattivi, kif ukoll ma’ entitajiet minn ħames pajjiżi differenti. L-investiment totali għal dan il-proġett jammonta għal €170,000.

Ġie spjegat ukoll kif id-Direttorat tal-Akwakultura qed jaħdem fuq sistema fejn primarjament l-awrat jiġi mitmugħ l-ikel kummerċjali. B’hekk l-ilma ser ikun qed jgħaddi minn għadd ta’ tankijiet b’organiżmi differenti u ssir filtrazzjoni tan-nutrijenti fl-ilma li jkun ġej mill-għalf u ħmieġ tal-ħut. Dan ser jgħin sabiex titnaqqas id-domanda fuq il-filtrazzjoni u fl-istess ħin jistgħu jitkabbru speċi oħra li għandhom potenzjal kummerċjali.

L-akwakultura huwa wieħed mill-pilastri tal-Politika Komuni għas-Sajd u fl-aġenda tat-Tkabbir Blu. Tkabbir Blu hija strateġija li tħares fit-tul lejn tkabbir sostenibbli tas-settur marittimu fit-totalità tiegħu. Għaldaqstant huwa importanti li Malta, bħala pajjiż Ewropew, tkompli tkabbar is-settur tal-akwakultura b’sistemi li huma ekonomikament effiċjenti.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Sajd sostniet li dan il-proġett huwa wieħed minn sensiela ta’ inizjattivi li l-gvern qiegħed imexxi ‘l quddiem sabiex tissaħħaħ l-ekonomija ċirkolari ta’ pajjiżna. Kompliet tgħid li permezz ta’ dan il-proġett u oħrajn li huma ppjanati għas-snin li ġejjin, il-gvern kommess li jara l-akwakultura tiżviluppa, li tinħoloq niċċa ġdida li tagħti lok għall-investiment privat u li jiżdiedu anke l-opportunitajiet ta’ xogħol f’dan is-settur għall-ġenerazzjoni żagħżugħa.

“Irridu nkomplu nsaħħu l-pedamenti tas-sostenibbiltà ekoloġika lokali, filwaqt li ninċentivaw it-tkabbir ekonomiku fis-setturi tas-sajd u l-akwakultura. Ser inkomplu noħolqu niċeċ ekonomiċi ġodda għall-investiment privat, u rridu nkomplu naħdmu favur opportunitajiet ġodda ta’ impjiegi u riċerka għall-ġenerazzjoni żagħżugħa,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment għar-riċerka fis-settur tal-akwakultura
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment għar-riċerka fis-settur tal-akwakultura
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment għar-riċerka fis-settur tal-akwakultura
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Investiment għar-riċerka fis-settur tal-akwakultura
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow