STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA U MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Malta se tibgħat aktar għajnuna lit-Turkija u s-Sirja
Se jinġabru provvisti biex jintbagħtu lejn it-Turkija u s-Sirja bħala għajnuna wara t-terremoti
Il-Protezzjoni Ċivili se tkun qed tilqa' provvisti sabiex jintbagħtu lejn it-Turkija u s-Sirja bħala għajnuna wara t-terremoti li seħħew aktar kmieni din il-ġimgħa. Ħabbar dan il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri waqt il-ħin tal-mistoqsijiet parlamentari fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
Il-Protezzjoni Ċivili se tkun qed tilqa' l-għotjiet tal-pubbliku Malti fl-istazzjonijiet tat-tifi tan-nar f'Ħal Far u x-Xewkija, Għawdex, bejn id-9am u l-5pm, kuljum. Il-pubbliku Malti huwa mħeġġeġ sabiex jieħu provvisti tal-ikel, ilbies li jsaħħan, gvieret, tined u materjal ieħor li jkun meħtieġ fiċ-ċirkustanza preżenti ta' dawn il-pajjiżi.
Il-Protezzjoni Ċivili bagħtet ukoll kontinġent b'saħħtu ta' 32 persuna u kelb sabiex jgħinu lill-Protezzjoni Ċivili fit-Turkija jfittxu n-nies li sfortunatament għadhom taħt it-tifrik li ġab it-terremot.
Intant, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ se jkun qed jibgħat għajnuna finanzjarja lill-poplu Sirjan permezz tal-International Rescue Committee, li tgħin nies vittmi ta' diżastri naturali.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en