STQARRIJA MINN SERVIZZ.GOV
Iċ-Ċentru Reġjonali fir-Rabat ser jingħalaq temporanjament għal xogħlijiet ta' manutenzjoni.
servizz.gov qed jinforma lill-pubbliku li ċ-Ċentru tar-Rabat li jinsab fiċ-Ċentru Ċiviku, Triq San Katald, se jkun magħluq għal xogħlijiet ta' manutenzjoni. Dan iċ-ċentru se jingħalaq mit-Tnejn 13 ta' Frar 2023 u mistenni jerġa' jiftaħ il-Ħamis 23 ta' Frar 2023.
B'mod alternattiv, il-pubbliku jista' jikkomunika ma' servizz.gov permezz ta' ċentri reġjonali oħra fil-qrib, fosthom iċ-ċentru tas-Siġġiewi li jinsab 18, Ċentru Ċivik, Pjazza San Nikola, u li jiftaħ mit-Tnejn sas-Sibt mit-08:00 sas-13:00 b'ħinijiet estiżi nhar ta' Tnejn u nhar ta' Tlieta mill-16:30 sas-19:00.
Għal ċentri oħra wieħed jista' jżur is-sit elettroniku: https://www.servizz.gov.mt/mt/Pages/Servizz/Locations/default.aspx
Wieħed jista' wkoll jikkomunika ma' servizz.gov bl-użu tal-Freephone 153, permezz tal-live chat aċċessibbli mis-sit elettroniku www.servizz.gov.mt kif ukoll permezz tal-indirizz elettroniku servizz@gov.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en