Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta tibgħat għajnuna diretta lit-Turkija wara t-terremot li ħasad bosta ħajjiet

pr230194
Date Icon 07/02/2023

Tim ta’ 32 uffiċjal u kelb mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ħalla pajjiżna biex jagħti għajnuna diretta lill-poplu tat-Turkija, wara t-terremot li laqat lil dan il-pajjiż. L-uffiċjali Maltin se jkunu qed jgħinu fit-tfittxija għan-nies maqbuda taħt it-tifrik u terrapien tal-bini mġarraf. Fil-fatt dawn se jkunu qed jassistu fl-operazzjonijiet li għaddejjin bħalissa magħrufa bħala MUSAR (Medium Urban Search and Rescue) u HUSAR (Heavy Urban Search and Rescue). 

Din l-għajnuna se tingħata hekk kif kull meta jseħħ xi diżastru naturali f'xi pajjiż ieħor, li jimpatta direttament lin-nies ta’ dak il-pajjiż, il-Protezzjoni Ċivili dejjem tara kif tista’ tassisti f’għajnuna umanitarja, permezz tal-mekkaniżmu tal-Unjoni Ewropea tal-Protezzjoni Ċivili.

Min-naħa tiegħu, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ se jkun qiegħed jassisti permezz ta’ għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Żvilupp sabiex ikopri għajnuna umanitarja. 

Komunikat diplomatiku għadu għaddej bejn iż-żewġ pajjiżi, biex Malta tkun tista’ tassisti aktar f’dawn il-mumenti diffiċli.

Fi żmien qasir ħafna kienet koordinata ħidma intensiva mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, it-Tnejn l-istess tim ta’ uffiċjali telqu minn Malta permezz ta’ titjira diretta lejn it-Turkija. Ftit qabel ħallew pajjiżna, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri sellmu lil dawn l-uffiċjali. Huma rringrazzjawhom tal-għajnuna li se jkunu qed jagħtu f’isem Malta biex isalvaw il-ħajjiet, anke jekk b’riskju għalihom infushom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta tibgħat għajnuna diretta lit-Turkija wara t-terremot li ħasad bosta ħajjiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta tibgħat għajnuna diretta lit-Turkija wara t-terremot li ħasad bosta ħajjiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta tibgħat għajnuna diretta lit-Turkija wara t-terremot li ħasad bosta ħajjiet
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ U L-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Malta tibgħat għajnuna diretta lit-Turkija wara t-terremot li ħasad bosta ħajjiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow