Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Fl-2022 ġiet reġistrata l-inqas rata ta’ kriminalità fi 15-il sena - tnaqqis ta’ 5.4% meta mqabbel mal-2021

pr230193
Date Icon 06/02/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie ppreżentat rapport indipendenti tal-Kriminologu Saviour Formosa li jinnota li fl-2022, pajjiżna rreġistra l-inqas rata ta' kriminalità fi 15-il sena. Fil-fatt, fl-2022 ġie nnotat tnaqqis ta' 5.4% fir-rata ta' kriminalità meta mqabbel mas-sena ta' qabel, l-2021.

Il-preżentazzjoni ta' dan ir-rapport saret fil-preżenza tal-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri u tal-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

Mir-rapport joħroġ li s-sena li għaddiet saru 28 reat kriminali għal kull 1,000 persuna f'pajjiżna. Dan juri tnaqqis drastiku meta mqabbel mas-sena 2012 fejn matul dik is-sena kienu rreġistrati 37 reat kriminali għal kull 1,000 persuna. Fl-2004, kienu ġew reġistrati 45 reat kriminali għal kull 1,000 persuna f'pajjiżna.

Ir-rapport jinnota fost oħrajn li r-rata ta' omiċidji baqgħet stabbli bejn l-2004 u l-2022, filwaqt li sar tnaqqis fir-reati ta' vjolenza u ta' serq. Fil-fatt, reati ta' serq is-sena l-oħra naqsu b'aktar min-nofs meta mqabbel mal-2004 u anke mal-2012.

Fl-istess rapport tal-Professur Formosa ġiet innotata żieda fir-rapporti ta' każijiet marbuta ma' vjolenza domestika hekk kif fl-aħħar 14-il sena, il-każijiet irrappurtati żdiedu b'iżjed minn erba' darbiet, konferma li aktar persuni qed jersqu 'l quddiem biex jirrappurtaw każijiet marbuta ma' vjolenza domestika.

Ir-rapport indipendenti jinnota li ma kinitx esperjenzata abnormalità fir-reati kriminali f'xi lokalità jew oħra, iżda kull lokalità qiegħda fl-istess livelli ta' reati esperjenzati.

B'reazzjoni għal dawn ir-riżultati, il-Ministru Byron Camilleri qal li l-mod differenti li qed jaħdem il-Korp tal-Pulizija billi fost l-oħrajn żdiedet il-preżenza tal-pulizija fil-lokalitajiet, qed tħalli l-frott mixtieq. Il-ministru tenna li fil-fatt, il-pulizija qed ikunu iżjed fil-qalba tal-komunitajiet Maltin u Għawdxin biex b'hekk qed tiżdied is-sigurtà fil-lokalitajiet.

“L-obbligu tagħna hu li nieħdu d-deċiżjonijiet ibbażati fuq il-fatti u r-realtajiet ta' pajjiżna, bħalma hi r-riċerka mħabbra llum mill-Professur Formosa. Iżda bħala gvern l-impenn tagħna hu li nibqgħu nagħtu l-għodda possibbli lill-Korp tal-Pulizija u lill-entitajiet kollha tas-sigurtà sabiex dawn ir-riżultati miksuba nibqgħu nibnu fuqhom,"  temm jgħid il-Ministru Camilleri.

Il-Kummissarju Angelo Gafà rringrazzja lill-membri kollha tal-korp. Sostna li bl-impenn ta' kull membru tal-korp, matul is-sena 2022 il-Korp tal-Pulizija wettaq kisbiet tant pożittivi billi mhux biss naqqas ir-rata ta' kriminalità b'aktar minn 5% imma fl-istess waqt kompla jkabbar il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi. “Dan kollu ċertament li jimliena b'kuraġġ sabiex ġurnata wara l-oħra nkomplu nipprovdu servizz professjonali u fdat għal pajjiż aktar sigur bi sħubija mal-komunità", temm jgħid il-kummissarju.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Fl-2022 ġiet reġistrata l-inqas rata ta’ kriminalità fi 15-il sena - tnaqqis ta’ 5.4% meta mqabbel mal-2021
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Fl-2022 ġiet reġistrata l-inqas rata ta’ kriminalità fi 15-il sena - tnaqqis ta’ 5.4% meta mqabbel mal-2021
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Fl-2022 ġiet reġistrata l-inqas rata ta’ kriminalità fi 15-il sena - tnaqqis ta’ 5.4% meta mqabbel mal-2021
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow