Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika tal-ġinekoloġija f’SVDP għar-residenti u l-komunità

pr230192
Date Icon 06/02/2023

F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, flimkien mat-tmexxija tal-Isptar San Vinċenz de Paul, inawgura klinika tal-ġinekoloġija mmirata għal nisa ta' 'l fuq minn sittin sena li jirrisjedu fl-istess sptar u anke fil-komunità.

Fl-indirizz tiegħu, il-Ministru Abela sostna li nisa li jkunu kibru fl-età u li jgħaddu minn menopawża, jistgħu jibdew jesperjenzaw sintomi u problemi ġinekoloġiċi, bħal l-obeżità, dijabete, kundizzjonijiet kardjovaskolari, dimensja, dipressjoni u saħansitra anke kanċer, fost oħrajn. Din il-klinika hija mmirata proprju biex tindirizza l-bżonnijiet ta' persuni li jkunu qed jesperjenzaw dawn il-problemi ġinekoloġiċi, u se jkollha wkoll apparat avvanzat bħal Bone Density Scanner.

Ġie spjegat ukoll li qed tiġi ffinalizzata sala żgħira tal-operazzjonijiet, għall-operazzjonijiet żgħar bħal dawk ta' Biopsy D u C u anke proċeduri ta' swabbing.

Il-Ministru Jo Etienne Abela sostna li dan is-servizz ġdid  u essenzjali se jkun qed jingħaqad ma' diversi servizzi oħra li tnedew fl-aħħar xhur fl-Isptar San Vinċenz de Paul li ser jassiguraw kwalità ta' ħajja aħjar għar-residenti u anke fil-komunità.

Il-ministru temm jgħid li l-gvern kontinwament qed jinvesti fl-anzjani u sostna li ser tkompli l-ħidma sabiex San Vinċenz de Paul ikompli jsir residenza tal-ogħla kura u kwalità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika tal-ġinekoloġija f’SVDP għar-residenti u l-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika tal-ġinekoloġija f’SVDP għar-residenti u l-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika tal-ġinekoloġija f’SVDP għar-residenti u l-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Inawgurata klinika tal-ġinekoloġija f’SVDP għar-residenti u l-komunità
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow