Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inawgurat l-iżvilupp u r-rinovar tal-Matthew Micallef St John Athletics Stadium b’investiment ta’ €2.5 miljun

pr230187
Date Icon 04/02/2023

Proġett li beda sena ilu u tlesta fi żmien rekord ġie inawgurat mill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima. Permezz ta’ dan il-proġett, b’investiment ta’ €2.5 miljun, l-istadium Matthew Micallef St John tal-Marsa issa huwa wieħed tal-ogħla livell.

“Dan l-investiment wassal biex pajjiżna issa għandu korsa tal-atletika tal-ogħla livell biex issa l-atleti Maltin jistgħu jitħarrġu u jipprattikaw l-isport favorit tagħhom b’mod professjonali. Hija wkoll trakka li se tilqa’ l-atleti li se jkunu f’pajjiżna għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jibdew lejn tmiem Mejju li ġej”, qal il-Ministru Clifton Grima.

Huwa qal li permezz tal-proġetti fl-infrastuttura sportiva li qegħdin isiru, pajjizna qed ikompli jgħolli l-livell ta’ dawn il-faċilitajiet għal livelli internazzjonali u b’hekk kemm l-atleti u l-ispettaturi se jkollhom ambjent tal-aqwa kwalità. Dan huwa wkoll proġett li permezz tiegħu pajjiżna se jkun jista’ jilqa’ kompetizzjonijiet internazzjonali u għalhekk jissaħħaħ it-turiżmu sportiv. Huwa wkoll proġett li jmur id f’id mal-Istrateġija tal-Isport li fiha hemm ċar li l-infrastruttura sportiva hija waħda mill-kolonni importanti f’din l-istrateġija.

“Is-sodisfazzjon tiegħi huwa wkoll għaliex issa t-tfal Maltin u Għawdxin għandhom ukoll faċilità li tgħinhom b’mod iktar professjonali fit-taħriġ, ikomplu jissodaw fl-isport favorit tagħhom u ‘l quddiem bħala atleti jkunu jistgħu jiksbu riżultati fuq livell internazzjonali”, qal il-Ministru Grima.

B’dan l-investiment il-Kumpless Sportiv tal-Marsa qed jinbidel f’hub sportiv ta’ livell internazzjonali, b’diversi faċilitajiet għal dixxiplini sportivi differenti, għalhekk huwa wkoll investiment kruċjali biex pajjiżna jitla’ t-tarġa li jmiss fl-isport.

Il-proġett sħiħ jinkludi bini ta’ strutturi ġodda u modernizzar ta’ oħrajn, resurfacing tat-trakka ta’ 400 metru u t-trakka tal-warm up ta’ 100 metru, fencing ġdid madwar il-faċilità kollha, main stand ġdida li tinkludi changing rooms, lecture rooms, photo finish room, imħażen u kliniki, żewġ swali għal sessjonijiet ta’ gym, rinnovazzjoni tal-pole vault, high jump, long jump u throws area, u tisbieħ b’mod ġenerali tal-faċilità kollha.

Ix-xogħol sar minn Sport Malta. Il-Kap Eżekuttiv ta’ SportMalta Mark Cutajar qal li dan huwa proġett li jingħaqad mad-diversi proġetti ta’ infrastruttura sportiva li għaddejjin madwar il-pajjiż. “Il-pjan huwa li nkomplu ninvestu f’faċilitajiet sportivi aċċessibbli għal kull min b’xi mod jew ieħor jipprattika xi attività fiżika, minn persuni li jagħmlu taħriġ bażiku għall-atleti professjonali, li l-isport huwa l-passjoni u l-karriera tagħhom”, qal is-Sur Cutajar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inawgurat l-iżvilupp u r-rinovar tal-Matthew Micallef St John Athletics Stadium b’investiment ta’ €2.5 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inawgurat l-iżvilupp u r-rinovar tal-Matthew Micallef St John Athletics Stadium b’investiment ta’ €2.5 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inawgurat l-iżvilupp u r-rinovar tal-Matthew Micallef St John Athletics Stadium b’investiment ta’ €2.5 miljun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI: Inawgurat l-iżvilupp u r-rinovar tal-Matthew Micallef St John Athletics Stadium b’investiment ta’ €2.5 miljun
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow