Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Insaħħu l-infurzar fit-toroq tagħna, tibdil fil-multi għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku

pr230180
Date Icon 03/02/2023

Fl-aħħar ġimgħat il-Gvern kompla jaħdem biex jimplimenta l-pjan komprensiv biex tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq tagħna, pjan li qed jiġi implimentat b'numru ta' miżuri u bidliet leġislattivi kif ukoll strutturi ġodda li huma bżonnjużi.

“Filwaqt li kampanji ta' tagħlim u informazzjoni se jiżdiedu, hekk ukoll nemmnu li għandu jiżdied id-deterrent għal dawk il-kontravenzjonijiet li l l-istudji juru li huma kaġun ta' ħafna aċċidenti. Bl-istess mod, biex id-deterrent ma jibqax fuq il-karta biss, hemm bżonn li nsaħħu d-dipartiment tal-infurzar bl-għodda kollha li għandhom bżonn l-uffiċjali rispettivi. Minkejja dan l-infurzar kollu, għadna naraw nuqqasijiet serji fit-toroq tagħna. Għalhekk rajna li jiżdied id-deterrent, fejn ċertu multi għolew flimkien ma' żieda fit-tnaqqis ta' punti," stqarr il-Ministru Aaron Farrugia waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet.

Il-Ministru Aaron Farrugia ħabbar ukoll:

  • Erba' muturi ġodda għall-uffiċjali tal-infurzar b'investiment ta' €120,000, għal total ta' 14;
  • Matul l-2022 inħarġu 24,500 ċitazzjoni u ġew miġbura 607 karozza;
  • Fl-aħħar xhur ġie provdut aktar taħriġ lill-uffiċjali tal-infurzar;
  • Sigurtà fit-toroq: infrastruttura aħjar, aktar infurzar, kampanji edukattivi ta' tagħrif u tagħlim, u pieni aktar ħorox.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm il-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta (TM) Brigadier Jeffrey Curmi, d-Direttur għall-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Patrick Pollacco, u Chief Officer Land Transport Pierre Montebello.

“Il-pajjiż għaddej minn bidliet demografiċi u ħajja iktar mgħaġġla. Bħal kull pajjiż ieħor għandna sfidi kbar fit-toroq tagħna u dawn qed jiġu indirizzati permezz ta' ħafna azzjonijiet inkluż id-disinn tat-toroq tagħna, t-tagħlim, l-infurzar u deterrent ikbar għal min sal-bieraħ kien iħoss li l-abbuż hu n-norma. Kull ċittadin hu responsabbli mis-sigurtà fit-toroq tagħna. Il-Gvern qed jagħmel xogħolu permezz ta' dan il-pjan komprensiv u llum qed nieħdu pass ieħor 'l quddiem," stqarr il-Ministru Farrugia.

Ġie spjegat li TM qed tkompli żżid il-kapaċità għal aktar infurzar fit-toroq permezz ta' investiment ta' €120,000 f'erba' muturi ġodda li se jiżdiedu mal-flotta eżistenti li għandha l-Awtorità. Iż-żieda ta' dawn il-muturi se twassal għal żieda fl-infurzar u assistenza aħjar lis-sewwieqa.

Tul l-aħħar żmien, it-taqsima tal-infurzar fi ħdan TM kompliet taħdem biex issaħħaħ l-operat tagħha permezz ta' diversi inizjattivi u taħriġ li offriet lill-uffiċjali tagħha. Ġiet introdotta taqsima tal-Operations Response Unit u ngħataw ukoll diversi opportunitajiet ta' taħriġ.

Fl-2022 żdiedu ukoll ir-Roadside Inspections f'Malta u Għawdex. Saru ukoll numru ta' Joint Roadside Inspections flimkien ma' numru ta' entitajiet oħra. Din iż-żieda fl-operat wasslet biex matul din is-sena jinħarġu total ta' 24,500 ċitazzjoni, u jiġu elevati 607 vettura li ma kinux konformi mar-regolamenti tat-traffiku.

Multi u punti

KontravenzjoniBħalissaKif se tinbidel
Sewqan fuq dawl aħmar€100€200
No-entry€46.59€75
Sewqan eċċessiv b'iktar minn 15km/h 'l fuq mil-limitu€69.88€100
Ġarr u tagħbija ta' vireg jew xbieki tal-ħadid li ma jkunux imwaħħlin sew€116.47€200
Nuqqas ta' użu ta' tailboard, spillage jew vettura mgħobbija żżejjed€46.69Mhux inqas minn €250, iżda mhux aktar minn €500
Ingombru (slipways u mollijiet) €104.82€104.82 – emenda fil-kontravenzjoni
Ostaklu b'vetturi li jikkaġuna t-traffiku€104.82€104.82 - emenda fil-kontravenzjoni
Tagħbija ta' aktar passiġġieri minn kemm permissibbli€11.65€50 (għal kull persuna)
Użu ta' vettura differenti minn dak permess skont il-liċenzja fil-każijiet ta' kiri jew profitt€34.94€200
Użu ta' mobile, użu ta' earphones jew over-ear headphones fil-widna lejn in-naħa tat-tieqa waqt li tkun wieqaf jew fi traffiku għal muturi, mopeds, ekickscooters jew vetturi ta' karegorija L, M1 jew N1€100€200
Użu ta' mobile, użu ta' earphones jew over-ear headphones fil-widna lejn in-naħa tat-tieqa waqt li tkun wieqaf jew fi traffiku għal vetturi ta' karegorija N2, N3, M2 u M3 u fejn hemm tagħbija ta' passiġġieri għall-kiri jew profitt€100€300
KontravenzjoniBħalissaKif se tinbidel
Sewqan fuq dawl aħmar€100€200
No-entry€46.59€75
Sewqan eċċessiv b'iktar minn 15km/h 'l fuq mil-limitu€69.88€100
Ġarr u tagħbija ta' vireg jew xbieki tal-ħadid li ma jkunux imwaħħlin sew€116.47€200
Nuqqas ta' użu ta' tailboard, spillage jew vettura mgħobbija żżejjed€46.69Mhux inqas minn €250, iżda mhux aktar minn €500
Ingombru (slipways u mollijiet) €104.82€104.82 – emenda fil-kontravenzjoni
Ostaklu b'vetturi li jikkaġuna t-traffiku€104.82€104.82 - emenda fil-kontravenzjoni
Tagħbija ta' aktar passiġġieri minn kemm permissibbli€11.65€50 (għal kull persuna)
Użu ta' vettura differenti minn dak permess skont il-liċenzja fil-każijiet ta' kiri jew profitt€34.94€200
Użu ta' mobile, użu ta' earphones jew over-ear headphones fil-widna lejn in-naħa tat-tieqa waqt li tkun wieqaf jew fi traffiku għal muturi, mopeds, ekickscooters jew vetturi ta' karegorija L, M1 jew N1€100€200
Użu ta' mobile, użu ta' earphones jew over-ear headphones fil-widna lejn in-naħa tat-tieqa waqt li tkun wieqaf jew fi traffiku għal vetturi ta' karegorija N2, N3, M2 u M3 u fejn hemm tagħbija ta' passiġġieri għall-kiri jew profitt€100€300

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Insaħħu l-infurzar fit-toroq tagħna, tibdil fil-multi għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Insaħħu l-infurzar fit-toroq tagħna, tibdil fil-multi għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Insaħħu l-infurzar fit-toroq tagħna, tibdil fil-multi għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow