STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Insaħħu l-infurzar fit-toroq tagħna, tibdil fil-multi għall-kontravenzjonijiet tat-traffiku
Fl-aħħar ġimgħat il-Gvern kompla jaħdem biex jimplimenta l-pjan komprensiv biex tissaħħaħ is-sigurtà fit-toroq tagħna, pjan li qed jiġi implimentat b'numru ta' miżuri u bidliet leġislattivi kif ukoll strutturi ġodda li huma bżonnjużi.
“Filwaqt li kampanji ta' tagħlim u informazzjoni se jiżdiedu, hekk ukoll nemmnu li għandu jiżdied id-deterrent għal dawk il-kontravenzjonijiet li l l-istudji juru li huma kaġun ta' ħafna aċċidenti. Bl-istess mod, biex id-deterrent ma jibqax fuq il-karta biss, hemm bżonn li nsaħħu d-dipartiment tal-infurzar bl-għodda kollha li għandhom bżonn l-uffiċjali rispettivi. Minkejja dan l-infurzar kollu, għadna naraw nuqqasijiet serji fit-toroq tagħna. Għalhekk rajna li jiżdied id-deterrent, fejn ċertu multi għolew flimkien ma' żieda fit-tnaqqis ta' punti," stqarr il-Ministru Aaron Farrugia waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet.
Il-Ministru Aaron Farrugia ħabbar ukoll:
- Erba' muturi ġodda għall-uffiċjali tal-infurzar b'investiment ta' €120,000, għal total ta' 14;
- Matul l-2022 inħarġu 24,500 ċitazzjoni u ġew miġbura 607 karozza;
- Fl-aħħar xhur ġie provdut aktar taħriġ lill-uffiċjali tal-infurzar;
- Sigurtà fit-toroq: infrastruttura aħjar, aktar infurzar, kampanji edukattivi ta' tagħrif u tagħlim, u pieni aktar ħorox.
Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm il-Kap Eżekuttiv ta' Transport Malta (TM) Brigadier Jeffrey Curmi, d-Direttur għall-Infurzar fi ħdan l-Awtorità Patrick Pollacco, u Chief Officer Land Transport Pierre Montebello.
“Il-pajjiż għaddej minn bidliet demografiċi u ħajja iktar mgħaġġla. Bħal kull pajjiż ieħor għandna sfidi kbar fit-toroq tagħna u dawn qed jiġu indirizzati permezz ta' ħafna azzjonijiet inkluż id-disinn tat-toroq tagħna, t-tagħlim, l-infurzar u deterrent ikbar għal min sal-bieraħ kien iħoss li l-abbuż hu n-norma. Kull ċittadin hu responsabbli mis-sigurtà fit-toroq tagħna. Il-Gvern qed jagħmel xogħolu permezz ta' dan il-pjan komprensiv u llum qed nieħdu pass ieħor 'l quddiem," stqarr il-Ministru Farrugia.
Ġie spjegat li TM qed tkompli żżid il-kapaċità għal aktar infurzar fit-toroq permezz ta' investiment ta' €120,000 f'erba' muturi ġodda li se jiżdiedu mal-flotta eżistenti li għandha l-Awtorità. Iż-żieda ta' dawn il-muturi se twassal għal żieda fl-infurzar u assistenza aħjar lis-sewwieqa.
Tul l-aħħar żmien, it-taqsima tal-infurzar fi ħdan TM kompliet taħdem biex issaħħaħ l-operat tagħha permezz ta' diversi inizjattivi u taħriġ li offriet lill-uffiċjali tagħha. Ġiet introdotta taqsima tal-Operations Response Unit u ngħataw ukoll diversi opportunitajiet ta' taħriġ.
Fl-2022 żdiedu ukoll ir-Roadside Inspections f'Malta u Għawdex. Saru ukoll numru ta' Joint Roadside Inspections flimkien ma' numru ta' entitajiet oħra. Din iż-żieda fl-operat wasslet biex matul din is-sena jinħarġu total ta' 24,500 ċitazzjoni, u jiġu elevati 607 vettura li ma kinux konformi mar-regolamenti tat-traffiku.
Multi u punti
| Kontravenzjoni | Bħalissa | Kif se tinbidel |
| Sewqan fuq dawl aħmar | €100 | €200 |
| No-entry | €46.59 | €75 |
| Sewqan eċċessiv b'iktar minn 15km/h 'l fuq mil-limitu | €69.88 | €100 |
| Ġarr u tagħbija ta' vireg jew xbieki tal-ħadid li ma jkunux imwaħħlin sew | €116.47 | €200 |
| Nuqqas ta' użu ta' tailboard, spillage jew vettura mgħobbija żżejjed | €46.69 | Mhux inqas minn €250, iżda mhux aktar minn €500 |
| Ingombru (slipways u mollijiet) | €104.82 | €104.82 – emenda fil-kontravenzjoni |
| Ostaklu b'vetturi li jikkaġuna t-traffiku | €104.82 | €104.82 - emenda fil-kontravenzjoni |
| Tagħbija ta' aktar passiġġieri minn kemm permissibbli | €11.65 | €50 (għal kull persuna) |
| Użu ta' vettura differenti minn dak permess skont il-liċenzja fil-każijiet ta' kiri jew profitt | €34.94 | €200 |
| Użu ta' mobile, użu ta' earphones jew over-ear headphones fil-widna lejn in-naħa tat-tieqa waqt li tkun wieqaf jew fi traffiku għal muturi, mopeds, ekickscooters jew vetturi ta' karegorija L, M1 jew N1 | €100 | €200 |
| Użu ta' mobile, użu ta' earphones jew over-ear headphones fil-widna lejn in-naħa tat-tieqa waqt li tkun wieqaf jew fi traffiku għal vetturi ta' karegorija N2, N3, M2 u M3 u fejn hemm tagħbija ta' passiġġieri għall-kiri jew profitt | €100 | €300 |

Other Press Releases:
PR261945
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...
PR261944