Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Iċċelebrata Jum il-Protezzjoni tad-Data

PR230170
Date Icon 02/02/2023

Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard indirizza konferenza annwali organizzata mit-Taqsima għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fi ħdan il-ministeru, fl-okkażjoni tal-Jum Ewropew tal-Protezzjoni tad-Data.

L-għan tal-konferenza kien li tingħata ħarsa lejn l-iżviluppi li saru tul l-aħħar sena fil-qasam tal-protezzjoni tad-data, inkluż aġġornamenti leġiżlattivi u prattiċi ġodda li qed jiġu introdotti madwar l-Ewropa, kif ukoll deċiżjonijiet li ttieħdu fil-Qrati Ewropej.

Għal din il-konferenza attendew l-uffiċjali responsabbli mill-protezzjoni tad-data fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika.

Il-Ministru Attard tkellem dwar kif l-irwol tal-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data qed jevolvi permezz ta' żviluppi teknoloġiċi u legali, u għaldaqstant qed jiżdied fl-importanza tiegħu. Huwa tenna l-ħtieġa li jkomplu jinfurmaw u jispjegaw lill-pubbliku fuq l-użu personali tal-informazzjoni.

“Bħala gvern,  mhux biss qed nimplimentaw il-leġiżlazzjonijiet kollha neċessarji biex nissalvagwardjaw liċ-ċittadini ta' pajjiżna, iżda qed nimmodernizzaw ukoll il-proċeduri u s-sistemi teknoloġiċi tagħna biex nassiguraw li jkollna l-aħjar qafas li jagħti serħan tal-moħħ lill-Maltin u Għawdxin kollha," temm jgħid il-Ministru Attard.

Fl-indirizz tiegħu, il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data Ian Deguara stqarr li dan il-forum iservi bħala spazju ta' diskussjoni għal dawn l-uffiċjali. Huwa saħaq dwar l-importanza li fil-ħidma tagħhom jissalvagwardjaw u jassiguraw illi kwalunkwe proċessar fi ħdan l-entitajiet u dipartimenti u l-ministeri ikun konformi mal-liġi tal-protezzjoni tad-data.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-Kap tas-Sezzjoni tas-Superviżjoni u l-Infurzar fi ħdan il-European Data Protection Supervisor (EDPS) Thomas Zerdick li ta ħarsa fuq l-irwol tad-DPO fl-isfond ta' regolamentazzjoni tal-EU. Dr David Ciliberti, Uffiċjal tal-Politika u Legali fi ħdan id-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja, tkellem  dwar il-protezzjoni tad-data fis-settur finanzjarju. L-Avukat Marco Miozzi, fi ħdan il-Kummissjoni għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, ta preżentazzjoni fuq il-prevenzjoni u l-metodi ta' rispons meta jkun hemm ksur tad-data personali. Indirizzaw din il-konferenza wkoll is-Segretarju Permanenti Johan Galea u d-Direttur tat-Taqsima għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja Davida Flores.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Iċċelebrata Jum il-Protezzjoni tad-Data
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Iċċelebrata Jum il-Protezzjoni tad-Data
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA Iċċelebrata Jum il-Protezzjoni tad-Data
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow