STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER “L-għarfien dwar l-għeruq tagħna huwa importanti ħafna u dan aktar meta rridu ngħaddu dak miksub lil ta’ warajna” - L-Ispeaker
“L-għarfien dwar l-għeruq tagħna huwa importanti ħafna u dan aktar meta rridu ngħaddu dak miksub lil ta' warajna",tenna l-Ispeaker Anġlu Farrugia meta aktar kmieni waranofsinhar ġie ppreżentat bil-ktieb “Ta' Fuq", mill-membri tas-Soċjetà Kalkariża Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja.
L-Ispeaker irringrazzja lill-membri tas-Soċjetà Kalkariża Circolo San Giuseppe Filarmonika Sagra Familja li investew sabiex għamlu din ir-riċerka u waslu għal din il-pubblikazzjoni li fiha tinstab minjiera ta' informazzjoni miġbura li, fiż-żmien li ġej, żgur se tkun ta' valur għal dawk li ser ikunu qed imexxu l-istess soċjetà.
Dan il-ktieb jittrata il-125 sena anniversarju mit-twaqqif ta' soċjetà, b'ħidma estensiva minn diversi individwi flimkien mar-riċerkatur u awtur tal-ktieb, il-Kav. Duncan Brincat.
Other Press Releases:
PR261945
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...
PR261944