STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Negozji tal-familja mħeġġa jaddottaw strateġija fit-tul biex jassiguraw li jkun hemm kontinwità
In-negozji tal-familja jeħtieġu strateġija li tippreparahom mhux biss għas-suċċessjoni imma għall-isfidi ta' għada. Pjan strateġiku għan-negozju jassigura kontinwità.
Dan u aktar kienu diskussi waqt konferenza mtella' mill-Family Business Office (FBO) u l-kumitat għan-negozji tal-familja fi ħdan il-Kamra tal-Kummerċ. Waqt din il-konferenza ġie ppreżentat stħarriġ li sar ma' 'l fuq minn 100 negozju tal-familja.
Fl-indirizz tagħha, il-Ministru għall-Intrapriża Miriam Dalli spjegat kif il-Gvern, permezz tal-Malta Enterprise u l-Family Business Office, qed joffri għajnuna biex in-negozji tal-familja jkollhom aċċess għal servizzi ta' medjazzjoni u konsultazzjoni.
“Il-kontinwità għan-negozji tal-familja hija importanti, iżda nafu wkoll li din mhux dejjem tkun faċli minħabba sfidi differenti u uniċi li jistgħu jiffaċċjaw, inkluż ostakli li jmorru lil hinn mill-ħidma ta' kuljum. Nifhmu li l-proċess tas-suċċessjoni ma jsirx minn lejl għal nhar. Dan ix-xogħol jieħu l-ħin u sforz li anke taffettwa d-dinamika li jkollu negozju tal-familja. Strateġija fit-tul tindirizza wkoll dawn il-ħtiġijiet u l-appoġġ li jkun hemm bżonn," qalet il-Ministru Miriam Dalli.
L-istħarriġ juri li 83% tan-negozji tal-familja għandhom bord ta' diretturi li jiffunzjona u li jiltaqa' b'mod regolari. Dan biex jiddiskutu kif sejjer in-negozju u kif jista' jimxi aktar 'il quddiem. Minn naħa l-oħra, 33% tan-negozji biss ikkonfermaw li għandhom pjan strateġiku miktub u li jiġi rivedut fuq bażi regolari. 50% rrispondew li ma għandhomx pjan strateġiku, iżda jridu jaħdmu fuqu.
Mill-istħarriġ ħareġ ukoll li 65% tan-negozji tal-familja ma għandhomx pjan ta' suċċessjoni.
Permezz tal-Family Business Grant, il-Gvern qed jipprovdi assistenza lin-negozji tal-familja li qed jippjanaw is-suċċessjoni jew għandhom bżonn pariri ta' medjazzjoni. L-għotja titla' għal €15,000 għal kull negozju tal-familja fuq perjodu ta' tliet snin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261945
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...
PR261944