Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 43 għaqda tal-banda jibbenefikaw minn fondi għat-tagħlim tal-mużika

PR230161
Date Icon 01/02/2023

Waqt konferenza tal-aħbarijiet ġie mħabbar li 43 għaqda tal-banda bbenefikaw minn fondi li jammontaw għal aktar minn €100,000 permezz tal-iskema Tagħlim tal-Mużika. Din l-iskema ġiet imnedija fl-aħħar tas-sena li għaddiet minn Aġenzija Żgħażagħ b'kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda, u permezz tagħha diversi għaqdiet tal-banda jingħataw fondi sabiex bihom ikunu jistgħu jgħallmu liż-żgħażagħ għadd ta' strumenti mużikali. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Keith Azzopardi Tanti.

Is-Segretarju Parlamentari Keith Azzopardi Tanti tkellem dwar l-importanza li entitajiet bħal Aġenzija Żgħażagħ iniedu skemi ta' dan it-tip li bihom tgħin lill-għaqdiet volontarji f'Malta u Għawdex. Huwa tenna li l-għaqdiet tal-banda għandhom rwol importanti fis-soċjetà u permezz ta' din l-iskema se joffru assistenza liż-żgħażagħ li jixtiequ jittrawwmu fl-arti.

Is-Segretarju Parlamentari temm jgħid li l-Gvern kommess li jkompli jsostni persuni li jagħmlu xogħol volontarju sabiex ikomplu jżommu ħajja t-tradizzjonijiet tagħna, bħall-baned, u rringrazzja lin-numru kbir ta' voluntiera fl-Għaqdiet tal-Banda tal-ħidma u s-servizz li qed jagħtu lis-soċjetà Maltija u Għawdxija.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Aġenzija Żgħażagħ, Miriam Theuma, saħqet dwar l-importanza li aktar għaqdiet tal-banda jaħdmu maż-żgħażagħ u sostniet li l-Aġenzija se tkompli bil-ħidma tagħha sabiex aktar żgħażagħ ikunu involuti fl-għaqdiet fil-lokalitajiet. “Dawn l-iskemi jippermettulna nkattru l-kollaborazzjoni, mhux biss m'għaqdiet taż-żgħażagħ, iżda wkoll ma' entitajiet u assoċjazzjonijiet bħalma hi l-Għaqda Każini tal-Banda", qalet is-Si

Min-naħa tiegħu, il-President tal-Għaqda Każini tal-Banda Dr Noel Camilleri sostna li permezz ta' Aġenzija Żgħażagħ, diversi għaqdiet tal-banda rnexxielhom jiksbu l-fondi meħtieġa sabiex ikomplu bil-ħidma tagħhom. Huwa tenna li l-voluntiera qed iżżommu ħajja l-kultura Maltija billi jibqgħu jipprovdu spazju għaż-żgħażagħ biex ikabbru t-talent tagħhom fil-mużika

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 43 għaqda tal-banda jibbenefikaw minn fondi għat-tagħlim tal-mużika
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 43 għaqda tal-banda jibbenefikaw minn fondi għat-tagħlim tal-mużika
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 43 għaqda tal-banda jibbenefikaw minn fondi għat-tagħlim tal-mużika
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI 43 għaqda tal-banda jibbenefikaw minn fondi għat-tagħlim tal-mużika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow