Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Ir-riformi fil-ġustizzja u t-tisħiħ tas-sigurtà diskussi mal-istudenti

pr230160
Date Icon 31/01/2023

Il-Prim Ministru Robert Abela ddiskuta r-riformi li l-gvern qed iwettaq u għandu maħsuba fl-oqsma tal-ġustizzja u t-tisħiħ tas-sigurtà ma numru ta' studenti attivi f'għaqdiet studenteski.

Kien il-prim ministru li stieden rappreżentanti minn dawn l-għaqdiet fil-Berġa ta' Kastilja biex jisma' wkoll mingħandhom proposti li għandhom għal dawn iż-żewġ setturi importanti.

Filwaqt li elenka bidliet importanti li saru fl-aħħar snin, il-prim ministru fisser kif il-gvern għandu maħsuba iktar bidliet anke bbażati fuq dak propost fil-manifest elettorali.

Filwaqt li pajjiżna jibqa' wieħed mill-iktar siguri, u li r-rata ta' kriminalità, hekk kif ikkonfermat minn studji ta' akkademiċi, baqgħet waħda taħt kontroll, is-soċjetà trid tibgħat il-ħin kollu messaġġ ċar favur imġieba xierqa.

Fil-laqgħa rriżulta wkoll kif għadd ta' proposti tal-istudenti għaddejja wkoll ħidma dwarhom. 

Filwaqt li sema' mingħandhom, il-prim ministru appella lill-istudenti biex jibqgħu attivi f'din id-diskussjoni u oħrajn, hekk kif il-gvern hu determinat li jibqa' jmexxi 'l quddiem aġenda riformista li ma tikkuntentax bl-istatus quo jew b'dak li ksibna sal-lum.

Fil-fatt, irrefera għall-isfida li wieħed isib meta jipprova jbiddel anke ċerti prattiċi, inkluż fil-qrati, u qal li minkejja dan, wieħed irid ikollu l-kuraġġ li jidħol għall-bidla.

Il-prim ministru kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard, is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rebecca Buttigieg u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-InnovazzjoniKeith Azzopardi Tanti.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU: Ir-riformi fil-ġustizzja u t-tisħiħ tas-sigurtà diskussi mal-istudenti
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow