Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jitlesta xogħol estensiv fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar

PR230159
Date Icon 31/01/2023

Bħala parti minn intervent maġġuri fiż-żona, il-bypass ta' San Pawl il-Baħar inbena mill-ġdid u sar aktar sigur, b'investiment ta' €1.6 miljun. Dan tħabbar mill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, flimkien mal-perit minn Infrastructure Malta Gabriella Anne Curmi li kienet responsabbli mill-proġett, u l-Kap tat-Taqsima tal-Implimentazzjoni fi ħdan Infrastructure Malta l-Perit David Vassallo, waqt żjara li saret fuq il-post fejn tlestew ix-xogħlijiet.

Ix-xogħlijiet bdew wara li ħarġu numru ta' xquq flimkien ma' ħsarat oħra fil-wiċċ tat-triq fuq meded estensivi tul iż-żewġ karreġġjati. Saru mill-ġdid ukoll diversi partijiet tal-bankini eżistenti.

Waqt iż-żjara, l-ministru tenna li 'l fuq minn 75% tat-toroq residenzjali li ġew imwiegħda, issa tlestew. Dan ifisser 1057 triq minn 1400.

Il-Ministru Farrugia tkellem ukoll dwar il-pjan ta' ħidma li fasslet Infrastructure Malta mal-kunsilli lokali għal toroq residenzjali, li permezz tiegħu se jiġu implimentati madwar 60km ta' proġetti ta' bini ta' toroq residenzjali fis-sena. Apparti dan qed jiffukaw ukoll fuq titjib importanti fit-toroq arterjali bħal dan il-bypass.

“Dan l-investiment fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar sar biex itejjeb is-sigurtà f'din it-triq prinċipali. Din it-triq tara volumi ta' vetturi kuljum hekk kif tintuża mhux biss mir-residenti li jgħixu fin-naħa ta' fuq ta' Malta imma wkoll minn dawk li jkunu qed isuqu biex jaslu ċ-Ċirkewwa miċ-ċentru ta' Malta. Apparti minn hekk hija triq li tintuża minn numru ta' ċiklisti li jużaw din ir-rotta b'mod rikreattiv. Qed naraw li Infrastructure Malta tkompli tinvesti biex ittejjeb toroq arterjali bħal din madwar il-pajjiż kollu," temm jgħid il-Ministru Aaron Farrugia.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jitlesta xogħol estensiv fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U L-PROĠETTI KAPITALI Jitlesta xogħol estensiv fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow