Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja Nazzjonali dwar Mard Rari f’Malta

PR230155
Date Icon 31/01/2023

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia inawgura l-Kampanja Nazzjonali dwar Mard Rari f'Malta. Din qed titmexxa minn National Alliance for Rare Diseases Support – Malta.

F'diskors tal-okkażjoni, l-Ispeaker fakkar li x-xahar ta' Frar hu marbut ma' mard rari għax kull sena, fl-aħħar ġurnata ta' dan ix-xahar, id-dinja tiċċelebra l-Jum Dinji ta' Mard Rari li jolqot kemm lill-morda kif ukoll lill-familjari tagħhom. Minkejja n-nuqqasijiet u ċokon ta' pajjiżna, il-morda tagħna jirċievu l-kura neċessarja mingħajr ħlas. Dan juri kemm il-poplu Malti hu wieħed ħanin li tassew iħobb lill-morda, tenna l-Ispeaker.

Hu kompla billi fakkar fl-impenn tal-poplu Malti favur il-paċi u s-sliem fid-dinja, fejn dan ifisser impenn qawwi biex jingħelbu l-problemi ta' mard, faqar u nuqqas ta' żvilupp uman. Għaldaqstant Malta għandha taħdem aktar biex tkun fost l-aktar ċentri ta' kura medika u servizz tas-saħħa avvanzati fid-dinja.

Hu temm id-diskors tiegħu b'appell lill-morda milquta b'mard rari u l-familjari tagħhom bl-għajnuna li huma jistgħu jiksbu permezz tan-National Alliance for Rare Diseases Support – Malta, mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika u għajnuna ta' natura soċjali mill-awtoritajiet Maltin.

F'din l-okkażjoni taw is-sehem tagħhom Davina Sammut Hili M.P., rappreżentanta tal-Grupp Parlamentari tal-Gvern, Stephen Spiteri M.P., Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa, is-Sinjura Michelle Muscat, President, National Alliance for Rare Diseases Support – Malta, Dr Robert Xuereb u l-Prof. Alex Felice, Membri tal-Bord, National Alliance for Rare Diseases Support – Malta, kif ukoll Dr Chris Barbara, Clinical Chairperson, Department of Pathology.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja Nazzjonali dwar Mard Rari f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja Nazzjonali dwar Mard Rari f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja Nazzjonali dwar Mard Rari f’Malta
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Kampanja Nazzjonali dwar Mard Rari f’Malta
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow