Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-gvern iniedi l-prijoritajiet u l-programm ta’ ħidma għall-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda

pr230154
Date Icon 31/01/2023

F’konferenza tal-aħbarijiet fil-bini tal-Parlament Malti, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg nieda l-prijoritajiet u l-programm ta’ ħidma ta’ pajjiżna għall-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda li tibda minn għada, l-1 ta’ Frar 2023.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Ian Borg sostna li minkejja li l-ħidma ilha għaddejja għal bosta snin, wara li fl-10 ta’ Ġunju 2022 Malta ġiet eletta b’97.3% tal-voti, pajjiżna intensifika l-ħidma fl-aħħar xhur biex minn għada jkun jista’ jitlaq bil-programm ta’ ħidma wara li dan jiġi maqbul mill-membri tal-Kunsill.

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin spjega kif matul il-Presidenza Maltija se jkunu qed isiru erba’ attivitajiet li mistennija jattendu għalihom numru ta’ dinjitarji, fosthom is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea.

L-ewwel dibattitu se jiffoka fuq il-qagħda mwiegħra tat-tfal f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt; filwaqt li t-tieni attività se tindirizza l-kwistjoni taż-żieda fil-livell tal-baħar u l-implikazzjonijiet tagħha għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u kif dan jaffettwa lill-gżejjer stati żgħar. It-tielet attività se tkun briefing annwali fuq ir-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Maqgħuda u l-aħħar attività se tkun dibattitu f’għeluq l-ewwel sena mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. Huwa sostna li l-aħħar tlett attivitajiet se jkunu preseduti minnu stess.

Il-Ministru Borg spjega wkoll l-erba’ prijoritajiet primarji li se jkun qed imexxi ‘l quddiem. “Il-prijoritajiet tagħna huma l-protezzjoni tat-tfal li jkunu f’kunflitti, il-klima u l-oċeani, l-irwol tan-nisa għall-paċi u s-sigurtà u l-litteriżmu. Nemmnu li dawn il-prijoritajiet f’oqsma tematiċi huma essenzjali fit-twettiq tad-drittijiet ċivili, politiċi, soċjali u ekonomiċi madwar id-dinja”, sostna Ian Borg.

Huwa temm din il-konferenza tal-aħbarijiet billi rringrazzja lid-diplomatiċi kollha tax-xogħol tagħhom.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ: Il-gvern iniedi l-prijoritajiet u l-programm ta’ ħidma għall-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow