Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni Każwali għall-Kunsill Lokali tal-Gudja

PR230152
Date Icon 31/01/2023

Nomini ta' Kandidati

Il-Kummissjoni Elettorali tavża illi se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta' Kunsillier għall-Kunsill Lokali tal-Gudja wara l-mewt tal-Kunsillier John Mary Calleja, sa nhar il-Ġimgħa, 3 ta' Frar, 2023 f'nofsinhar.

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  personalment fl-Uffiċċju Elettorali fil-Kumpless tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar bejn l-10:00 ta' filgħodu u nofsinhar minn nhar l-Erbgħa, 1 ta' Frar sal-Ġimgħa 3 ta' Frar, 2023, jew online permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar l-Erbgħa 1 ta' Frar fl-10:00 ta' filgħodu sa nofsinhar tal-Ġimgħa, 3 ta' Frar, 2023.

Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F'każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90.

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow