STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Bdiet tinbena Triq Ġużeppi Spiteri fir-Rabat b’valur ta’ kważi nofs miljun ewro
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar ix-xogħlijiet li għaddejjin fi Triq Ġużeppi Spiteri, ir-Rabat, Għawdex li qed tinbena b'valur ta' kważi €500,000, fejn qed isirilha service culvert sabiex jgħaddi l-cable tad-dawl u servizzi oħra u ġew introdotti wkoll is-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ.
Il-Ministru Clint Camilleri stqarr li Triq Ġużeppi Spiteri qed tinfetaħ sabiex mhux biss jingħata aċċess lir-residenti imma wkoll bħala parti mill-proċess sabiex tingħaqad ma' toroq oħra fir-Rabat sabiex jonqos it-traffiku fiċ-ċentru tal-Belt Victoria.
“L-istess ukoll qed isir fit-triq ta' wara s-Sur, Triq l-Imgħallem. Proprju hemmhekk permezz tal-junction il-ġdida li ser inkunu qed nagħmlu, se nneħħu l-bottleneck li għandna preżenti. U għaldaqstant, dawn huma żewġ proġetti fiċ-ċentru tar-Rabat li huma maħsuba sabiex inaqqsu t-traffiku miċ-ċentru tar-Rabat biex wieħed ikun jista' jaċċessa partijiet differenti ta' Għawdex," spjega l-Ministru Camilleri.
Il-Ministru Clint Camilleri temm jgħid li fi Triq Ġużeppi Spiteri qed titħaddem ukoll il-politika ġdida tal-gvern fejn servizzi b'mod partikolari wires tad-dawl li jkunu mdendlin mal-faċċati ser jgħaddu mill-ewwel mis-service culverts li qegħdin jinbnew preżentament.
Other Press Releases:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en