STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA 11-il avukat ġdid jingħataw il-warrant
pr230148
30/01/2023
Il-Ministru għall-Ġustizzja Jonathan Attard ippreżenta l-warrant lil 11-il avukat ġdid wara li wrew il-kompetenza tagħhom li jeżerċitaw il-professjoni legali.
F’ċerimonja ġewwa l-Berġa t’Aragon, il-Ministru Attard awgura lill-avukati l-ġodda filwaqt li saħaq li huwa d-dmir tagħhom li jiggarantixxu aċċess għall-ġustizzja u rappreżentanza legali tajba lil kull ċittadin. Qal ukoll li għandhom iwettqu dmirhom bis-serjetà u b’rispett sħiħ lejn il-kostituzzjoni, il-liġijiet u r-regolamenti kollha tal-pajjiż.
Iċ-ċerimonja kienet indirizzata wkoll mill-Avukat Ġenerali Dr Victoria Buttigieg, filwaqt li kien hemm ukoll preżenti s-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja is-Sur Johan Galea.
Other Press Releases:
PR261945
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...
PR261944