Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Bdew ix-xogħlijiet fuq il-Park & Ride tax-Xewkija li se jinkludu wkoll żona rikreattiva

PR230140
Date Icon 27/01/2023

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett żaru x-xogħlijiet li għaddejjin bħalissa fuq il-proġett tal-Park and Ride fiż-żona magħrufa bħala Ta' Xħajma limiti tax-Xewkija. Il-proġett se jikkonsisti f'total ta' 24,000 metru kwadru li 12,000 metru kwadru minnhom se jkunu ddedikati għal 300 spazju għall-parkeġġ.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li biex jitnaqqas it-traffiku qawwi u l-konġestjoni fiż-żona tal-Imġarr, il-Ministeru għal Għawdex, permezz ta' fondi Ewropej taħt il-proġett SMITHS, qiegħed jibni multi-modal hub fiż-żona magħrufa bħala Ta' Xħajma limiti tax-Xewkija. Huwa spjega li l-għan tal-proġett huwa li tiġi rriġenerata ż-żona u tkun trasformata fi spazju għall-parkeġġ ta' 300 vettura u spazji dedikati għal charging ta' vetturi elettriċi u pedelecs. Dan iċ-ċentru se jinkludi wkoll bini ta' terminal għall-karozzi tal-linja li jaħdmu bl-elettriku.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Chris Bonett qal li proġett bħal dan jidħol fil-miri li għandu l-gvern, jiġifieri li nkomplu ninvestu fi proġetti favur carbon neutrality u proġetti ħodor. “Bil-programmi operattivi l-ġodda, kommessi li se nkomplu nżidu iżjed investimenti simili ħalli nsebbħu pajjiżna u ntejbu l-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin," qal Dr Bonett.

Permezz ta' dan il-proġett se titranġa triq eżistenti u tingħata t-tarmak, se jkun hemm aċċess pendonali u se jkun hemm ilqugħ għall-ilma tax-xita li se jinġabar f'ġibjun. F'dan il-proġett se jkun qed jinbena sular wieħed u se jiġi introdott green roof fuq iż-żona tal-parkeġġ li jipprovdi faċilità ta' rikreazzjoni fil-beraħ.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri temm jgħid li permezz ta' dan il-proġett is-sit se jiġi utilizzat għall-użu li oriġinarjament kien maħsub għalih.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Bdew ix-xogħlijiet fuq il-Park & Ride tax-Xewkija li se jinkludu wkoll żona rikreattiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Bdew ix-xogħlijiet fuq il-Park & Ride tax-Xewkija li se jinkludu wkoll żona rikreattiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Bdew ix-xogħlijiet fuq il-Park & Ride tax-Xewkija li se jinkludu wkoll żona rikreattiva
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-FONDI EWROPEJ Bdew ix-xogħlijiet fuq il-Park & Ride tax-Xewkija li se jinkludu wkoll żona rikreattiva
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

More Press Releases Right arrow