Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Il-Festival taċ-Ċitru f’Ħal Lija

pr230128
Date Icon 26/01/2023

Il-Festival taċ-Ċitru f’Ħal Lija ser isir nhar il-Ħadd 29 ta’ Jannar f’Pjazza Trasfigurazzjoni wara nuqqas ta’ sentejn minħabba l-pandemija. Dan il-festival jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija permezz ta’ fondi ffinanzjati mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u mill-Kunsill Reġjonali tal-Lvant. 

Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli li qalet li l-gvern kommess li jibqa’ jinvesti fi skemi għal attivitajiet soċjokulturali fil-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. “Għaliex attivitajiet soċjokulturali joffru sens ta’ komunità, filwaqt li jsaħħu l-kultura u d-drawwiet uniċi li joffru l-lokalitajiet tagħna,” spjegat is-segretarju parlamentari. 

Il-qligħ li ser jiġġenera l-kunsill lokali mill-bejgħ tal-larinġ ser jingħata kollu bħala donazzjoni għar-restawr tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Lija. Ser ikun qed jitqassam ukoll frott ieħor bla ħlas lit-tfal li jżuru din l-attività. 

“Dan il-festival mhux biss wirja taċ-ċitru imma huwa mezz ta’ edukazzjoni ta’ kif inħarsu l-pjanti u s-siġar li għandna fil-ġonna tagħna”, qal is-Sindku ta’ Ħal Lija Anthony Dalli.

Id-Dar Gino u Josephine Mangion li hi mibdula f’mużew tal-antikitajiet fil-qalba ta’ Ħal Lija ser tkun miftuħa wkoll għall-pubbliku tul il-ġurnata kollha. Din id-dar tinsab fi Triq Sir Ugo Mifsud, kantuniera ma’ Triq Giovanni Barbara. 

Il-Festival taċ-Ċitru f’Ħal Lija ser ikun miftuħ għall-pubbliku bejn id-9 ta’ filgħodu u l-4 ta’ filgħaxija. Fl-10:15 ta’ filgħodu se jsir tberik tal-annimali organizzat mill-Għaqda tal-Festi Esterni. 

Għal aktar informazzjoni fuq il-festival żur il-paġna ta’ Facebook tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Il-Festival taċ-Ċitru f’Ħal Lija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Il-Festival taċ-Ċitru f’Ħal Lija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow