Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment u modernizzar fl-iskejjel b’enfasi fuq l-ambjent edukattiv

pr230127
Date Icon 26/01/2023

Ġew inawgurati żewġ proġetti fil-Kulleġġ San Injazju Skola Primarja Ħal Luqa, proġett fl-ispazju rikreazzjonali li sar mill-Fondazzjoni għall-Iskejjel ta' Għada (FTS) u proġett ta' literacy room ġdida li sar mill-ħaddiema ta' din l-iskola.

“Żewġ proġetti li għalkemm differenti, imma jmorru id f'id – għaliex it-tnejn huma proġetti li permezz tagħhom qed naraw it-tisbiħ tal-ambjent edukattiv ta' din l-iskola. Bħala Gvern nemmnu li għandna ninkoraġġixxu l-involviment tal-istudenti fl-isport u fl-attività fiżika kif ukoll li nkabbru l-għarfien tal-importanza tal-qari", qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima waqt żjara fl-iskola.

L-ispazju rikreattiv tal-iskola ġie mibdul totalment u modernizzat bi proġett ta' tisbiħ b'investiment ta' €200,000. Ix-xogħol kien jinvolvi t-tneħħija tal-art tal-lastiku antik; xogħol ta' skavar tal-art u trinek; installazzjoni ta' sistemi ta' drenaġġ u irrigazzjoni; tqegħid ta' konkos mill-ġdid u art tal-lastiku artab; kostruzzjoni ta' konki għas-siġar; tħawwil ta' arbuxelli, pjanti u siġar ġodda; kif ukoll installazzjoni ta' għamara ta' barra fosthom bankijiet tal-injam tal-ballut u strutturi tal-qari precast.

L-FTS iffirmat ftehim dwar il-manutenzjoni tal-arbuxelli, l-pjanti u s-siġar ma' kumpanija li tagħmel dan it-tip ta' xogħol. Dan il-proġett hu konformi mal-mandat tal-FTS li tipprovdi spazji ta' tagħlim, sports u rikreazzjoni ta' kwalità għolja lit-tfal, lill-istudenti u l-edukaturi fl-iskejjel kollha tal-Istat.

Il-ħaddiema tal-Kulleġġ ħadmu fuq Literacy Room ġdida bil-għan li fl-iskola jiżdied il-ħin iddedikat għall-qari bil-Malti u l-Ingliż filwaqt li jiżdiedu l-prattiċi tajbin tal-litteriżmu.

Il-metodu ta' tagħlim magħruf bħala 'Litteriżmu Bilanċjat' minn dejjem kien fuq nett tal-aġenda tal-Iskola Primarja ta' Ħal Luqa u għalhekk sar dan ix-xogħol li qed jara wkoll it-tisħiħ tal-importanza tal-qari. F'din il-kamra, l-istudenti għandhom ambjent mogħni bil-kotba li m'huwiex il-librerija tal-klassi biss. Barra minn hekk, fil-Literacy Room, il-qari jiġi mgħallem f'ambjent rilassanti u li jimmotiva lill-istudenti fil-kisba tal-litteriżmu.

Attrazzjoni fil-kamra hija siġra magħmula mill-injam u li z-zokk u l-friegħi tagħha jservu ta' xkaffar għall-kotba. L-idea wara din hija, li kif siġra tikber jekk issib minn jagħtiha dak li għandha bżonn, hekk ukoll it-tfal jistgħu jiżviluppaw il-ħiliet tal-litteriżmu tagħhom jekk jingħataw l-għodda neċessarja biex dan iseħħ. L-art u l-ħitan ukoll jikkumplimentaw lil din is-siġra bl-iskop li jinħoloq ambjent ta' ġnien li joffri sens ta' trankwillità; post ideali fejn wieħed iqatta' l-ħin liberu tiegħu u jaqra.

Minbarra li titjieb il-kollaborazzjoni fil-promozzjoni tal-litteriżmu bejn id-diversi aġenziji li jaħdmu b'risq dan il-qasam, għan ieħor li għalih tintuża' l-'Literacy Room' huwa biex jiżdied l-involviment tal-ġenituri fl-iżvilupp tal-litteriżmu ta' uliedhom permezz ta' programmi ta' qari u rrakkontar ta' stejjer bħal 'Aqra Miegħi'. Programmi oħra tal-litteriżmu immirati għal tfal akbar fl-età bħal 'Seħer l-Istejjer' u 'Gost il-Qari' wkoll jieħdu l-ħajja f'dan l-ispazju kreattiv.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment u modernizzar fl-iskejjel b’enfasi fuq l-ambjent edukattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment u modernizzar fl-iskejjel b’enfasi fuq l-ambjent edukattiv
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI Aktar investiment u modernizzar fl-iskejjel b’enfasi fuq l-ambjent edukattiv
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow