Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Finanzjament ta’ ftit aktar minn €2.6 miljun lill-kunsilli lokali għall-Proġetti Kapitali fil-Komunitajiet

pr230086
Date Icon 19/01/2023

Investiment ta’ ftit aktar minn €2.6 miljun għall-kunsilli lokali, sabiex jimplimentaw proġetti kapitali favur komunitajiet isbaħ u aktar b’saħħithom, tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli, fil-binja tal-Kunsill Lokali tal-Fgura. 

“Il-kunsilli lokali jafu l-aħjar il-bżonnijiet tal-lokalitajiet u r-residenti rispettivi tagħhom, għaldaqstant għat-tieni sena konsekuttiva l-Gvern Lokali qed ivara dan il-finanzjament sabiex il-kunsilli lokali jkunu f’pożizzjoni li jwettqu proġetti li jsebbħu u jtejbu l-lokalitajiet tagħhom għall-ġid tar-residenti,” spjegat is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. 

B’kollox kienu 38 kunsilli lokali, kemm f’Malta u kemm f’Għawdex, li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom u kisbu l-fondi minn din l-iskema. 

L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li l-kunsilli lokali joħolqu aktar kundizzjonijiet ugwali u sostenibbli għar-residenti kollha permezz ta’ proġetti jew inizjattivi fil-lokalitajiet tagħhom. Dan għaliex waħda mill-funzjonijiet ewlenin li jgħaqqdu l-kunsilli lokali hija l-kisba u l-promozzjoni ta’ komunitajiet isbaħ u aktar b’saħħithom. 

“L-Istrateġija Nazzjonali tal-Gvern Lokali, li ser tkun varata din is-sena, ser tkompli tkun strumentali fil-pjan u t-twettiq ta’ diversi strateġiji nazzjonali sabiex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja fil-komunitajiet tagħna,” saħqet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli. 

Id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali Natalino Attard spjega kif din l-iskema ser tgħin lill-kunsilli lokali jwettqu proġetti li se jgawdu minnhom ir-residenti ta’ dawn il-lokalitajiet. 

Eżempji ta’ proġetti li se jkunu ffinanzjati minn din l-iskema jinkludu proġetti fuq ħolqien ta’ aktar spazji miftuħa, proġetti li jżidu l-aċċessibilità u l-mobilità sostenibbli fil-lokalitajiet, kif ukoll servizzi u inizjattivi li jikkultivaw u jippromwovu l-inklużjoni, ambjent aktar nadif u sigur, u ambjent soċjali li fih ir-residenti jistgħu jgħixu ħajja aħjar. 

Il-viċi-sindku tal-Fgura Clayton Cascun Portelli spjega li permezz ta’ din l-iskema l-kunsill lokali tal-Fgura se jkun qed jagħmel xogħol ta’ tisbiħ fi spazju rikreattiv, jixtri tagħmir għal outdoor gym u jibni ġibjun għall-ħażna tal-ilma. 

Waqt il-konferenza kien hemm preżenti wkoll id-Direttur għall-Implimentazzjoni tal-Istrateġija u l-Politika fi ħdan id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali u s-sindki u s-segretarji eżekuttivi tal-kunsilli lokali li bbenefikaw minn din l-iskema. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Finanzjament ta’ ftit aktar minn €2.6 miljun lill-kunsilli lokali għall-Proġetti Kapitali fil-Komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Finanzjament ta’ ftit aktar minn €2.6 miljun lill-kunsilli lokali għall-Proġetti Kapitali fil-Komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Finanzjament ta’ ftit aktar minn €2.6 miljun lill-kunsilli lokali għall-Proġetti Kapitali fil-Komunitajiet
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Finanzjament ta’ ftit aktar minn €2.6 miljun lill-kunsilli lokali għall-Proġetti Kapitali fil-Komunitajiet
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow