Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 50 negozjant Malti fil-Ghana sabiex jesploraw aktar opportunitajiet ta’ negozju

pr230073
Date Icon 17/01/2023

Ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn kumpaniji Maltin u dawk mill-Ghana

Bħalissa, fil-Ghana, qed titmexxa delegazzjoni kummerċjali ta' 50 negozjant Malti minn Trade Malta sabiex ikunu esplorati aktar opportunitajiet ta' negozji ma' dan il-pajjiż Afrikan.

Waqt li kien qed jindirizza lin-negozjanti minn pajjiżna u n-negozjanti tal-Ghana, bħala parti mit-tielet Forum tan-Negozji ta' Malta u l-Ghana, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg sostna li din hija opportunità importanti ferm sabiex inkomplu naraw lill-Maltin u l-Għawdxin jespandu barra minn xtutna.

Huwa sostna li għaddew madwar tliet snin mill-aħħar darba li dan il-forum tlaqqa' minħabba l-pandemija u li issa reġa' wasal iż-żmien sabiex iħarsu b'ottimiżmu lejn il-futur tar-relazzjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi, b'mod partikolari fil-qasam tal-kummerċ.

Il-Ministru tkellem ukoll dwar l-opportunitajiet ta' tkabbir u żvilupp taħt iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles tal-Kontinent Afrikan u sostna li din hija ċ-ċavetta biex tiżdied il-kollaborazzjoni. Huwa kompla jgħid kif fl-irwol tiegħu ta' Ministru għall-Kummerċ f'diskussjonijiet li jkollu ma' bosta negozjanti sostna li l-Maltin iħarsu lejn dan il-pajjiż li għandu ambjent dinamiku fejn jidħol in-negozju u b'hekk huwa ideali biex jinħolqu kollaborazzjonijiet bejn imsieħba internazzjonali.

Waqt li kien qed jintroduċi lin-negozjanti Maltin, Dr Borg sostna li d-delegazzjoni kummerċjali hija magħmula minn negozji fl-industriji tal-ICT, id-diġitalizzazzjoni, l-edukazzjoni, is-saħħa, l-inġinerija u l-kostruzzjoni, il-manifattura u anke ż-żejt u l-gass. Huwa kompla jgħid kif jinsab onorat li ppresjeda fuq numru ta' ftehimiet bejn kumpaniji Maltin u dawk mill-Ghana.

Huwa kkonkluda billi qal li l-Gvern Malti se jkun qed jibqa' jagħti l-appoġġ neċessarju kollu sabiex jara aktar stejjer ta' suċċess ta' espansjonijiet ta' negozji Maltin u Għawdxin.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 50 negozjant Malti fil-Ghana sabiex jesploraw aktar opportunitajiet ta’ negozju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 50 negozjant Malti fil-Ghana sabiex jesploraw aktar opportunitajiet ta’ negozju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 50 negozjant Malti fil-Ghana sabiex jesploraw aktar opportunitajiet ta’ negozju
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ 50 negozjant Malti fil-Ghana sabiex jesploraw aktar opportunitajiet ta’ negozju
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow