STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU ELETTORALI
pr230067
17/01/2023
Is-Sezzjoni tal-Immaniġġjar tal-Indirizzi fi ħdan l-Uffiċċju Elettorali tavża lir-residenti ta':
Triq Charles Vassallo, il-Mosta;
Triq il-Buttar, Santa Venera;
Triq il-Gabillott, is-Swieqi; u
Triq Ħal Sajd, Ħaż-Żebbuġ (M)
li l-bibien f'dawn it-toroq ingħataw uffiċjalment numri ġodda. L-avviż ġie ppubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern tat-13 ta' Jannar, 2023, u jidher ukoll fil-website tal-Kummissjoni Elettorali (www.electoral.gov.mt) taħt is-sezzjoni Pubblikazzjonijiet. Ir-residenti huma mfakkra li huma fl-obbligu tal-liġi li jwaħħlu n-numri l-ġodda u jneħħu n-numri l-qodma sa tletin jum kalendarju mit-13 ta' Jannar, 2023.
Stqarrijiet Oħra:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945