Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja antoloġika tal-arti Mario Zammit-Lewis

pr230062
Date Icon 15/01/2023

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia M.P. inawgura Wirja Antoloġika tal-Arti tal-pittur Malti Mario Zammit Lewis. Din il-wirja għandha titqies bħala rakkont tal-ħidma artistika ta' Mario Zammit-Lewis mill-1956 sal-llum.

Bħal kull artist, Mario Zammit-Lewis jagħmel użu mill-pittura biex jirrakkonta l-ħajja umana u juri l-ġmiel tal-ambjent ta'madwarna. Hu studja l-arti minn età żgħira, bl-ewwel tpinġijiet tiegħu jkunu potraits ta' persuni ċelebri. Għal xi żmien hu esprima ruħu fl-astratt, iżda rritorna lura għal arti figurattiva.

Mario Zammit-Lewis ħa sehem f'diversi wirjiet importanti f'għadd ta' pajjiżi fl-Ewropa, fl-Amerika. Hu kiseb diversi premijiet u saħansitra kritiċi tal-arti magħrufa faħħru x-xogħlijiet artistiċi tiegħu.

L-Ispeaker semma l-impenn tal-awtoritajiet li jipprovdu għajnuna biex ikunu mħarsa xogħlijiet tal-arti u biex iħeġġu tant artisti Maltin biex jieħdu sehem f'wirjiet f'Malta u f'pajjiżi oħra.  

Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm is-Sottosegretario għall-Kultura tar-Republikka Taljana, il-Professur Vittorio Sgarbi.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja antoloġika tal-arti Mario Zammit-Lewis
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja antoloġika tal-arti Mario Zammit-Lewis
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja antoloġika tal-arti Mario Zammit-Lewis
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja antoloġika tal-arti Mario Zammit-Lewis
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER Wirja antoloġika tal-arti Mario Zammit-Lewis
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow