STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Titnieda l-wirja kulturali virtwali ‘On D Road’ biex ikun espost u reklamat il-wirt kulturali ta’ kull raħal f’Għawdex
Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nieda l-wirja kulturali virtwali On D Road fix-Xewkija bil-għan li jkun hawn għarfien akbar tal-wirt kulturali ta' pajjiżna. Huwa spjega li din l-esebizzjoni virtwali ser iddur kull raħal f'Għawdex u fiha ser jiġi espost u reklamat il-wirt kulturali kollu, kemm dak tanġibbli kif ukoll dak intanġibbli ta' kull raħal.
Permezz ta' din l-esebizzjoni se jintwera kemm il-wirt arkitettoniku hu mifrux f'kull raħal, inklużi knejjes, kappelli, torrijiet, siti arkeoloġiċi, mużewijiet, imtieħen, bini pubbliku, niċeċ, bajjiet u l-bqija, kif ukoll tradizzjonijiet, użanzi, arti performattiva u snajja'.
Il-Ministru Camilleri qal li Għawdex għandu wirt kulturali kbir filwaqt li insista li kommess ikompli bil-ħidma sabiex jiżdied l-għarfien dwar il-wirt kulturali tal-gżira Għawdxija. “Dan hu wirt kulturali sinjur li tant jinteressa nies barra minn xtutna li jagħżlu li jżuru Għawdex kull sena proprju għalhekk. L-għan tagħna huwa fuq kollox li nkomplu nkunu destinazzjoni għal matul is-sena kollha fosthom grazzi għall-wirt kulturali li toffri l-gżira tagħna", qal il-ministru għal Għawdex.
Id-Direttur għall-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex John Xuereb spjega li biex setgħet issir din il-wirja kulturali virtwali On D Road saru laqgħat mal-kunsilli lokali kollha ta' Għawdex, 14 b'kollox, u eventwalment sar qbil dwar dak li għandu jintwera.
Din il-wirja mistennija tintemm f'Mejju li ġej.
Stqarrijiet Oħra:
PR261943
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR261942en