Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Uniformi ġdida għall-membri tal-Korp tal-Pulizija

pr230024
Date Icon 10/01/2023

Mil-lum, it-Tlieta 10 ta' Jannar, il-membri tal-Korp tal-Pulizija kollha se jibdew jagħmlu użu minn uniformi ġdida waqt il-qadi ta' dmirijiethom. Dan tħabbar f'konferenza tal-aħbarijiet mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, u l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija.

L-uniformijiet il-ġodda, li qed isiru b'investiment ta' aktar minn żewġ miljun ewro fuq tliet snin, se jibdlu mhux biss b'mod komplet l-immaġini  tal-korp, iżda se jkunu ta' kumdità akbar għall-ħaddiema li jilbsuhom, joffru aktar sigurtà, u hija aktar addattata għall-klima Maltija inkluż bl-użu ta' materjal superjuri.

Il-Ministru Byron Camilleri stqarr li “Il-Korp tal-Pulizija huwa wieħed mis-sisien tas-sigurtà tal-pajjiż u jrid jimxi maż-żminijiet. Biex jagħmel dan irid ikompli jevolvi u jittrasforma, filwaqt li nkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li hemm fil-Korp, fuq kollox nibnu fuq il-membri tal-korp. L-uniformijiet il-ġodda huma parti minn dan it-tiġdid kontinwu li l-korp għaddej minnu. Filfatt, dawn l-uniformijiet se jkunu qed jibdlu l-image tal-Korp u se jagħtu aktar kumdità u sigurtà lill-ħaddiema li jilbsuhom u jaħdmu bihom, filwaqt li jressquhom aktar viċin il-komunità. It-tiġdid kontinwu li qed isir huwa mmirat biex il-korp ikun imsejjes fuq strutturi sodi, filwaqt li jittrasforma lilu nnifsu għall-futur."

Min-naħa tiegħu, il-Kummissarju tal-Pulizija qal li l-uniformi l-ġdida hija aktar prattika b'numru ta' security features, aktar adegwata għall-klima ta' pajjiżna, u gender-neutral. “Filwaqt li din l-uniformi tkopri elementi ta' uniformijiet milbusa minn korpi ta' pulizija oħra, id-disinn tagħha huwa uniku u li allura ser ikun qed jiddistingwina minn entitajiet oħra kemm fuq livell lokali u dak internazzjonali. Kif tistgħu taraw dan id-disinn jibqa' jsegwi b'mod uniformi fuq il-polo shirts, fuq is-soft-shell jackets, kif ukoll fuq il-hard shell jackets li hawnhekk tajjeb jingħad li dawn huma ċċertifikati skont ISO standards għall-high-visibility workers," temm jgħid il-Kummissarju.

Preżenti għal din il-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll ir-rappreżentanti taż-żewġ unions li jirrappreżentaw il-membri tal-Korp tal-Pulizija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Uniformi ġdida għall-membri tal-Korp tal-Pulizija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Uniformi ġdida għall-membri tal-Korp tal-Pulizija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Uniformi ġdida għall-membri tal-Korp tal-Pulizija
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN, IS-SIGURTÀ, IR-RIFORMI U L-UGWALJANZA Uniformi ġdida għall-membri tal-Korp tal-Pulizija
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow