Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Xogħol ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni fi Ġnien il-Kunsill f’Birżebbuġa

pr230023
Date Icon 10/01/2023

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi ppreseda għall-iffirmar ta' ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa. Dan il-ftehim huwa investiment ieħor fi spazju miftuħ, din id-darba fil-lokalità ta' Birżebbuġa fiż-żona magħrufa bħala tal-Papa.

Il-Ministru Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif f'dan il-proġett, hekk kif sar fi proġetti oħra simili, se jkun qed jiġi rinnovat spazju rikreattiv għat-tfal, b'tagħmir aktar sikur u modern, għas-serħan il-moħħ tal-ġenituri.

“Grazzi għall-ħidma li qed titwettaq mid-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi qed tingħata l-ħajja mill-ġdid lil diversi spazji miftuħa fil-komunitajiet tagħna. Dan huwa xhieda tal-impenn ta' dan il-Gvern favur il-kwalità ta' ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin," stqarr il-Ministru Zrinzo Azzopardi.

Is-Sindku tal-Kunsill Lokali ta' Birżebbuġa Scott Camilleri saħaq li b'dan l-investiment qed jagħtu lura l-ħajja lil Ġnien il-Kunsill. Huwa spjega kif permezz ta' dawn ix-xogħlijiet se jkunu qed jiġu aġġornati l-faċilitajiet rikreattivi, u se tkun qed tiżdied l-aċċessibiltà għall-persuni b'diżabilità. Stqarr li dan il-proġett ser iservi bħala spazju ieħor ta' rikreazzjoni għar-residenti u għal dawk li jiġu jżuru l-lokal.

Il-Perit Joseph Zerafa Boffa ta spjegazzjoni aktar fid-dettal tax-xogħlijiet li se jsiru, fejn se jiġu installati lampi ġodda LED li barra li jdawwlu aħjar il-ġnien se jnaqqsu l-light pollution. Ser isiru wkoll dwal fil-ħitan, partikolarment fejn hemm ir-rampi. Se jiżdied ir-railing tal-ħadid biex dan il-ġnien isir iżjed sikur. Il-bankijiet eżistenti se jitranġaw u jinżebgħu mill-ġdid, kif ukoll se tiġi installata sistema ġdida ta' CCTV.  

In-nefqa fuq dan il-proġett mistennija tkun madwar €60,000.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Xogħol ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni fi Ġnien il-Kunsill f’Birżebbuġa
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI U L-IPPJANAR Xogħol ta’ tisbiħ u riġenerazzjoni fi Ġnien il-Kunsill f’Birżebbuġa
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow