Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Il-Perit David Xuereb jinħatar Chairperson tal-MCESD

pr230015
Date Icon 09/01/2023

Il-Perit David Xuereb inħatar Chairperson tal-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, l-MCESD, wara konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali.

Il-Perit Xuereb serva bħala President tal-Kamra tal-Kummerċ u, filwaqt li mexxa kumpaniji stabbiliti, kien fdat bi proġetti maġġuri kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi oħra. Tul is-snin, huwa kien attiv fl-oqsma tad-disinn sostenibbli u l-industrija l-ħadra. Għallem, ta preżentazzjonijiet u għamel diskorsi f’diversi universitajiet u istituzzjonijiet, b’interessi partikolari fuq is-sostenibbiltà, l-ambjent u t-tibdil fil-klima. Huwa se jkun is-seba’ Chairperson tal-MCESD.

Is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul irringrazzja lil James Pearsall għall-ħidma tiegħu fit-tmexxija tal-MCESD u awgura lill-Perit David Xuereb għal din il-kariga l-ġdida. Saħaq li jinsab konvint li huwa se jkun qed jagħti l-massimu tiegħu biex id-djalogu soċjali f’pajjiżna jkompli jissaħħaħ fl-interess tal-ġid komuni. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Il-Perit David Xuereb jinħatar Chairperson tal-MCESD
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow