Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI - Il-proġett tal-ewwel pixxina indoor b’investiment ta’ €14-il miljun se jkun fost l-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran

pr230011
Date Icon 06/01/2023

Il-proġett ta' SportMalta tal-ewwel pixxina indoor ta' skala internazzjonali fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera, b'investiment ta' €14-il miljun, se jkun fost l-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran.

Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, waqt li żar ix-xogħol li għaddej fuq dan il-proġett qal, “Huwa ta' sodisfazzjon li din il-pixxina indoor state-of-the-art se tkun opportunità eċċellenti biex is-settur akwatiku tal-isport f'pajjiżna jkompli jieħu spinta 'l quddiem u jkompli jagħti kontribut għal aktar suċċessi li nkisbu fl-aħħar snin. Dan il-proġett huwa imwiegħed ukoll fil-manifest elettorali".

Ġie spjegat li tlesta x-xogħol fuq is-saqaf tal-pixxina li huwa magħmul apposta biex jikkumplimenta s-swar u huwa maħsub ukoll biex jassorbi l-istorbju estern, b'hekk ma jkunx hemm skumdità ta' ħoss għall-ġirien tal-madwar. Tlesta wkoll ix-xogħol ta' kostruzzjoni fuq id-dressing rooms, uffiċini, kmamar tal-kontroll, u kmamar għall-ħtiġijiet sanitarji. Parti mill-proġett kien jinkludi l-kostruzzjoni ta' plant room u mina minn taħt il-pixxina, li minnha jgħaddu l-karozzi, parti mir-ring road tal-kumpless.

Ġie spjegat ukoll li qed jiġi ppreparat il-bażi għall-pixxina li se tkun waħda tal-ogħla teknoloġija u qed jitwaħħlu l-pilastri tal-ħadid li magħhom se jitwaħħal ħġieġ li se jdawwar il-pixxina kollha.

Dan il-proġett, li jikkumplimenta l-Istrateġija Nazzjonali għall-Isport, huwa turija ċara tal-impenn tal-gvern li jkompli jsaħħaħ l-infrastruttura sportiva biex ikompli jgħolli u jilħaq livelli ta' suċċess fl-isport f'pajjiżna.

Il-pixxina hija ta' daqs olimpiku ta' 5,000 metru kwadru, b'saqaf tal-injam b'tul ta' 44 metru kif ukoll ħitan tal-ħġieġ li jkopru mal-44 metru kwadru kull naħa, u fond ta' 2.2 metri. It-tul jissodisfa r-rekwiżiti mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Għawm. Il-pixxina se tkun mgħammra bl-aħjar teknoloġija fosthom dik tal-bulkheads biex il-pixxina tkun maqsuma f'aktar minn faċilità waħda. L-art tal-pixxina se jkollha funzjoni li titla' u tinżel biex il-coaches tal-għawm ikunu jistgħu jagħtu l-lezzjonijiet tagħhom fl-ilma stess.

Il-Kap Eżekuttiv ta' SportMalta Mark Cutajar qal, “Dan il-proġett huwa parti minn kullana ta' proġetti li tieħu ħsieb SportMalta, u permezz tiegħu se jkollna wieħed mill-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran għax il-pixxina indoor se tikkumplimenta l-faċilità tal-Padiljun, u għandha spazju għal 400 spettatur kif ukoll sala tal-konferenzi u kafetterija".

B'din il-pixxina l-atleti lokali mhux se jibqgħu żvantaġġati meta mqabbla ma' atleti barranin li s'issa kienu jitħarrġu f'pixxina miftuħa iżda jikkompetu f'pixxina indoor. B'dan il-proġett il-programmi fi ħdan SportMalta se jikbru u jiżviluppaw f'aktar opportunitajiet għall-atleti u t-tfal tal-iskola.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI - Il-proġett tal-ewwel pixxina indoor b’investiment ta’ €14-il miljun se jkun fost l-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI - Il-proġett tal-ewwel pixxina indoor b’investiment ta’ €14-il miljun se jkun fost l-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI - Il-proġett tal-ewwel pixxina indoor b’investiment ta’ €14-il miljun se jkun fost l-aqwa kumplessi sportivi fil-Mediterran
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow