Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAS-SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI 250 vettura elettrika għas-Servizz Pubbliku

PR230009
Date Icon 05/01/2023

Bidla ambjentali li tiffranka 185 tunnellata ta' CO2 bi proġett Carbon Neutral

Illum, il-5 ta' Jannar 2023, ġie ppubblikat tender li se jipprovdi lis-Servizz Pubbliku b'250 vettura elettrika għall-użu ġenerali. Dan il-proġett ambizzjuż se jnaqqas il-flotta eżistenti, ibiddel vetturi li jniġġsu ma' oħrajn li jużaw enerġija nadifa, u jżid l-effiċjenza fl-użu tal-vetturi bil-kunċett ta' car-sharing li se jiġi introdott fid-dipartimenti tal-gvern.

Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana qal li din l-inizjattiva, li qed tidħol fis-seħħ wara fażi ta' studju dettaljat, se tħalli impatt ambjentali pożittiv ħafna.

“Din il-bidla konkretament se tiffranka l-pajjiż 185 tunnellata ta' Dijossidu tal-Karbonju (CO2) fis-sena, bil-proġett ikun carbon neutral bl-installazzjoni ta' elfejn metru kwadru ta' pannelli fotovoltajiċi fi spazji pubbliċi. Dan kollu jixhed il-kredenzjali ambjentali u sostenibbli li jipprattika s-Servizz Pubbliku," spjega s-Sur Sultana.

Permezz tat-tender maħruġ illum, hu stmat li r-rata ta' vetturi elettriċi fil-flotta tas-Servizz Pubbliku se jiżdied minn 7% li kien hemm fl-2021, għal kważi 40%. Dan il-proġett għandu valur ta' €10 miljun, iffinanzjati minn fondi Ewropej.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow