Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Pajjiż ta' Kwalità: Proġett ġdid ta' diġitizzazzjoni mill-Awtorità tad-Djar

pr241922
Date Icon 27/11/2022

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes ħabbar proġett ġdid ta' diġitizzazzjoni li qiegħda twettaq l-Awtorità tad-Djar.

Il-Ministru spjega li dan il-proġett qed iwassal għall-bidla sinifikanti fl-operat tal-Awtorità, bidla li filwaqt li tkompli tnaqqas il-burokrazija, qiegħda wkoll twassal għal riżultati iktar effiċjenti fejn jidħol proċessar ta' skemi.

“Illum qegħdin naraw ir-riżultati ta' dan il-proġett ta' diġitizzazzjoni fil-prattika. Bħalma wieħed jista' jimmaġina l-proċess mhuwiex proċess faċli jew li jitwettaq fi ftit jiem. Iżda kommessi li nwettquh biex inkomplu nagħmlu differenza fil-ħajja tal-benefiċċjarji tagħna. Dan l-eżerċizzju qiegħed ukoll jiffaċilita l-ħidma tal-ħaddiema tal-Awtorità li jgħinhom sabiex ilaħħqu mad-domanda għall-iskemi tal-Awtorità tad-Djar," stqarr il-Ministru.

L-ewwel skema li l-Awtorità tad-Djar ħadmet fuqha sabiex tiġi kompletament diġitizzata kienet il-Benefiċċju tal-Kera, fejn il-benefiċċjarji qegħdin jirċievu s-sussidju b'mod iktar faċilitat. Il-Ministru tkellem kif dan kollu qiegħed iħalli impatt dirett fuq l-2,900 familja li bħalissa qiegħda tibbenifika mis-sussidju tal-kera. “Bis-saħħa ta' dan il-proġett qegħdin inkomplu ntejbu l-ħajja ta' tant benefiċċjarji," sostna l-Ministru.

“Din hi t-triq 'il quddiem li l-Awtorità tad-Djar se tkun qiegħda tieħu. Inħarsu 'l quddiem sabiex iżjed skemi li toffri l-Awtorità jkunu diġitizzati u nkomplu nilħqu iktar benefiċċjarji fl-iqsar żmien possibbli," ikkonkluda l-Ministru.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Matthew Zerafa spjega li “bħalma t-teknoloġija ttrasformat il-ħajja ta' kuljum, kemm fuq livell individwali kif ukoll fuq livell organizzattiv, l-Awtorità tad-Djar qiegħda tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet li t-teknoloġija ġġib magħha sabiex toffri servizz aktar trasparenti u effiċjenti. Apparti minn hekk, qiegħda wkoll ittejjeb il-komunikazzjoni tagħha u l-esperjenza tal-benefiċjarji tagħha."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Pajjiż ta' Kwalità: Proġett ġdid ta' diġitizzazzjoni mill-Awtorità tad-Djar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Pajjiż ta' Kwalità: Proġett ġdid ta' diġitizzazzjoni mill-Awtorità tad-Djar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Pajjiż ta' Kwalità: Proġett ġdid ta' diġitizzazzjoni mill-Awtorità tad-Djar
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow