STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA Il-Gvern ta’ Malta jsellem il-memorja tal-Papa Emeritu Benedittu XVI
pr221802
31/12/2022
Il-Papa Emeritu Benedittu XVI kellu rabta ma' pajjiżna wara li kien il-Papa li kkanonizza lil Ġorġ Preca bħala l-ewwel qaddis Malti.
Papa Benedittu XVI kien anki żar pajjiżna f'April tal-2010 u wara ż-żjara appostolika tiegħu kien esprima gratitudni għal-laqgħat sbieħ li tah il-poplu Malti u Għawdxi.
Filwaqt li nnota l-laqgħa li kellu fuq livell personali meta l-Papa Benedittu XVI żar pajjiżna, il-Prim Ministru Robert Abela rrimarka għal-laqgħat sinifikattivi li kellu l-Papa f'Malta, fosthom maż-żgħażagħ.
Il-Gvern ta' Malta jsellem il-memorja ta' Papa Benedittu XVI u jagħti l-kondoljanzi lill-Istat tal-Vatikan.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946