Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ftehim Settorali ġdid għall-Allied Assistants

pr221800
Date Icon 29/12/2022

Il-Ministeru għas-Saħħa flimkien mal-Union Ħaddiema Magħqudin – Voice of the Workers iffirmaw ftehim settorali ġdid għall-Allied Assistantsimpjegati mas-settur pubbliku.

Il-ftehim li ġie iffirmat assigura, fost oħrajn, titjib fl-avvanz fil-karriera tal-impjegati kurrenti u dawk prospettivi, iktar opportunitajiet sabiex l-Allied Assistantsikomplu bl-istudji tagħhom, anka permezz ta' kors ġdid f'livell ta' MQF Level 5, sabiex javvanzaw b'mod iżjed spedit fil-karriera tagħhom u kif ukoll żieda fl-allowances.

Il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti għall-Ministeru għas-Saħħa Joseph Chetcuti u t-Tabib Ewlieni tal-Gvern Walter Busuttil f'isem il-Ministeru għas-Saħħa u Josef Vella u Annalise Casha f'isem il-UĦM.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li ppreseda dan l-iffirmar, irringrazzja liż-żewġ partijiet tal-kollaborazzjoni li wasslet għal dan il-ftehim filwaqt li faħħar l-opportunitajiet ta' taħriġ kontinwu msemmija f'dan il-ftehim settorali, bħal oħrajn li ġew iffirmati matul din is-sena. Huwa awgura l-ħidma t-tajba lill-Allied Assistantskollha.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ftehim Settorali ġdid għall-Allied Assistants
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ftehim Settorali ġdid għall-Allied Assistants
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow