Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Aktar minn 100,000 persuna jżuru l-villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini

pr221794
Date Icon 24/12/2022

'Il fuq minn 100,000 persuna żaru l-villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini, imtella' mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża. It-tieni edizzjoni ta' 'Christmas in the Park' attirat lejha diversi viżitaturi, Maltin u barranin, li gawdew minn atmosfera tal-Milied filwaqt li setgħu josservaw u jixtru prodotti sostenibbli, magħmula minn materjal riċiklat. It-tfal kellhom l-opportunità li jagħmlu krafts filwaqt li jżuru stands b'informazzjoni marbuta mal-ambjent.

Akkumpanjati minn kantanti u bands lokali, min żar il-villaġġ tal-Milied kellu l-opportunità li jimxi fl-Enchanted Forest, b'diversi effetti tad-dwal, karattri u strutturi b'tema ambjentali. It-tfal iltaqgħu ma' Santa Klaws u aktar karattri tal-Milied bħal Rudolph u Frosty the Snowman. Il-villaġġ tal-Milied kien miftuħ fuq medda ta' għaxart ijiem, bis-sehem ta' diversi entitajiet fi ħdan il-ministeru.

“Kif inhu l-impenn tagħna, irridu li l-familji jgawdu l-ispazji miftuħa u għalhekk qed inkomplu naħdmu biex isiru aktar aċċessibbli. Attivitajiet bħal dawn jattiraw in-nies lejhom filwaqt li jservu bħala esperjenza edukattiva", qalet il-Ministru Miriam Dalli. Hija fakkret kif il-ministeru jorganizza sensiela ta' attivitajiet bi dħul bla ħlas magħrufa bħala Wirt in-Natura f'diversi spazji miftuħa matul is-sena. Dawn l-attivitajiet se jkomplu anke fis-sena li ġejja.

Il-ministeru rringrazzja lil dawk kollha li attendew għal din l-attività.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Aktar minn 100,000 persuna jżuru l-villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Aktar minn 100,000 persuna jżuru l-villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Aktar minn 100,000 persuna jżuru l-villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Aktar minn 100,000 persuna jżuru l-villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA: Aktar minn 100,000 persuna jżuru l-villaġġ tal-Milied fil-Park Nazzjonali tas-Salini
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow