Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EKONOMIJA, IL-FONDI EWROPEJ U L-ARTIJIET

pr221793
Date Icon 23/12/2022

Hekk kif aktar kmieni llum, kumpanija tal-iGaming f'pajjiżna, Genesis Global fetħet proċedura ta' insolvency tal-kumpanija, il-Ministru għall-Ekonomija, il-Fondi Ewropej u l-Artijiet Silvio Schembri kkummissjona lil Gaming Malta b'ħidma immedjata sabiex jinstab impjieg alternattiv għall-ħaddiema affetwati.

Fil-fatt numru ta' ħaddiema diġà sabu mpjieg fis-settur.

Il-Ministeru permezz ta' Gaming Malta qiegħed f'kuntatt mad-diriġenti tal-kumpanija, biex jgħaddu d-dettalji tal-ħaddiema li ġie tterminat x-xogħol tagħhom, biex b'hekk jkunu jista' jsir kuntatt magħhom.

Il-Kunsill tal-iGaming li ġie mwaqqaf aktar kmieni dan ix-xahar, ġie infurmat ukoll u bħala Kunsill qed issir ħidma biex tingħata l-għajnuna neċessarja lill-ħaddiema affetwati.

Mill-informazzjoni miġbura s'issa huwa stmat li bħalissa hawn madwar 700 impjieg vakanti fil-qasam tal-iGaming f'pajjiżna u għaldaqstant qed isir kull mezz possibbli sabiex tingħata prijorità lil madwar 80 ħaddiem milquta llum.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow