Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jinsab f’fażi avvanzata l-proġett ta’ €21 miljun fil-kumpless edukattiv fir-Rabat, Għawdex

pr221782
Date Icon 21/12/2022

Ix-xogħol ta' kostruzzjoni tal-iskola primarja ġdida u t-tkabbir u l-immodernizzar tal-iskola medja fil-kampus edukattiv fir-Rabat, Għawdex, b'investiment ta' €21 miljun, jinsab f'fażi avvanzata. L-iskola l-ġdida se tieħu post dik li hemm bħalissa u li ilha mibnija 160 sena, u se tkun f'post differenti minn dik eżistenti, iżda fil-kampus stess tal-kumpless.

“Dan huwa investiment ieħor li qed nagħmlu mhux biss fl-infrastruttura edukattiva, imma investiment dirett fl-edukaturi u l-istudenti tagħna," qal il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima, li flimkien mal-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri żar ix-xogħol li qiegħed isir. “Qed naħdmu biex naraw li l-iskejjel tagħna jkunu moderni, addattati għaż-żminijiet tal-lum u li jkollhom atmosfera xierqa kemm għall-edukaturi kif ukoll għall-istudenti tal-pajjiż," spjega l-Ministru Grima.

Dan il-proġett huwa meqjus bħala l-uniku wieħed tax-xorta tiegħu f'pajjiżna, għaliex il-kampus edukattiv jinkludi ċentru għall-ħarsien tat-tfal, kindergarten, skola primarja, skola medja, senior school, kif ukoll is-sixth form, u bosta faċilitajiet sportivi.

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri tkellem dwar id-diversi proġetti li għaddejjin f'Għawdex fis-settur edukattiv, fosthom f'dan il-kampus. “L-iskola primarja l-ġdida se jkollha 16-il klassi għas-snin tal-edukazzjoni primarja u 10 klassijiet għall-kindergarten. L-iskola se jkollha wkoll klassijiet għal suġġetti speċifiċi, fosthom għat-tagħlim tax-xjenza, tat-teknoloġija tal-informatika u tal-arti," qal il-Ministru Camilleri. Huwa saħaq kif dan il-kumpless, li se jkun mifrux fuq 8,000 metru kwadru, se jkollu 3,000 metru kwadru utilizzati għall-isport u r-rikreazzjoni tat-tfal.

Ix-xogħol ta' skavar tas-sit beda f'April tal-2020 u l-kostruzzjoni bdiet f'Novembru tal-istess sena. L-iskavar u l-kostruzzjoni saru taħt is-sorveljanza ta' arkeologi tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minħabba li fis-sit instabu fdalijiet arkeoloġiċi u li bħalissa qed issir l-analiżi tagħhom. Biex ikunu preservati tajjeb dawn il-fdalijiet arkeoloġiċi, se jinbena ċentru ta' interpretazzjoni arkeoloġika li se jkun parti mill-binja tal-iskola. Dan se jgħin lill-istudenti mhux biss fl-istudji tagħhom imma wkoll fl-għarfien tal-importanza li nirrispettaw u ngħożżu l-patrimonju kulturali u storiku.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jinsab f’fażi avvanzata l-proġett ta’ €21 miljun fil-kumpless edukattiv fir-Rabat, Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jinsab f’fażi avvanzata l-proġett ta’ €21 miljun fil-kumpless edukattiv fir-Rabat, Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jinsab f’fażi avvanzata l-proġett ta’ €21 miljun fil-kumpless edukattiv fir-Rabat, Għawdex
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI, L-ISPORT, IŻ-ŻGĦAŻAGĦ, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX Jinsab f’fażi avvanzata l-proġett ta’ €21 miljun fil-kumpless edukattiv fir-Rabat, Għawdex
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Id-Dipartiment tar-Radjoloġija f’San Vinċenz mistenni jaqbeż l-20,000 eżami fl-2026

PR261943

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER  The Speaker of the House of Representatives highlights Malta’s climate vulnerabilities and the role of parliaments at the IPU Parliamentary Meeting on COP31 in Türkiye

PR261942en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker of the House of Rep...

Aktar Stqarrijiet Right arrow