AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
B'referenza għall-istqarrija għall-istampa numru PR221107, datata 29/08/2022, u skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara iktar sorveljanza tas-suq li saret mill-istess Direttorat, l-imsemmijin prodotti ma għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li nstab li fihom organiżmi ġenetikament modifikati (GMOs) li mhumiex awtorizzati fl-ikel.
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Noodles tar-ross nixfin, 5mm | |
| Ditta: | Nguyen Gia - Banh Pho | |
Dati tad-durabbilita`: | 18/11/2023 06/12/2023 | |
Użin: | 400g |
| Deskrizzjoni tal-prodott: | Noodles tar-ross nixfin, 5mm | |
| Ditta: | Nguyen Gia - Banh Pho | |
Dati tad-durabbilita`: | 18/11/2023 06/12/2023 | |
Użin: | 400g |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946