Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI

pr221775
Date Icon 20/12/2022

Fl-aħħar laqgħa għas-sena 2022, il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali ġie ppreżentat bir-riżultati tal-istudju dwar it-titjib ta' djalogu ċivili u soċjali, liema studju ġie ffinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew.

Dan il-proġett, apparti taħriġ lill-ħaddiema tal-MCESD, kien jinkludi studju dwar erba' oqsma tematiċi li kienu: il-parteċipazzjoni tan-nisa fid-djalogu soċjali; it-titjib tal-kapaċità teknika tal-imsieħba soċjali; l-espansjoni tal-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp fl-ekonomija l-ġdida; kif ukoll it-tnaqqis tal-emissjonijiet.

Dwar dan, is-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul qal kemm huwa importanti li l-ħiliet tal-ħaddiema jiġu aġġornati kontinwament u permezz ta' dan it-taħriġ il-ħaddiema tal-MCESD ġew mgħammra bil-ħiliet meħtieġa biex jassistu għall-ħtiġijiet tal-membri fil-proċess tad-djalogu soċjali.

Fl-istess laqgħa saret ukoll preżentazzjoni mill-uffiċċju tal-Kummissjoni Ewropea f'Malta fejn, fost l-oħrajn, l-imsieħba soċjali tkellmu dwar il-pjan REPowerEU li jistabbilixxi sensiela ta' miżuri biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils mir-Russja u titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika, filwaqt li tiżdied ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija fl-UE kollha. L-imsieħba soċjali tkellmu wkoll dwar il-Pjan ta' Malta ta' Rkupru u Reżiljenza, liema pjan ġie approvat mill-Kummissjoni Ewropea.

B'referenza għal dan, is-Segretarju Parlamentari Ellul semma numru ta' miżuri li qed jittieħdu sabiex jiġi implimentat dan il-pjan li ser jagħmel lil pajjiżna iktar sostenibbli, reżiljenti u ppreparat għall-isfidi tal-bidla ekoloġika u diġitali fis-snin li ġejjin. 

Din il-laqgħa kienet ukoll l-aħħar laqgħa għaċ-chairperson tal-MCESD hekk kif is-Sur James Pearsall ser ikun qed jokkupa kariga ġdida minn Jannar li ġej. Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul irringrazzja liċ-chairperson uxxenti tal-ħidma tiegħu u qal li ser ikun qed jikkonsulta mal-imsieħba soċjali sabiex jinħatar chairperson ġdid.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow