Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Jinfetħu għall-ewwel darba l-applikazzjonijiet għall-Heritage Skills

pr221774
Date Icon 20/12/2022

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici ħabbar il-ftuħ tal-applikazzjonijiet għall-Heritage Skills, li jinkludu l-ħiliet, l-abbiltajiet, u l-kompetenzi meħtieġa għat-tlestija ta' xogħol speċifiku fl-isfera tal-patrimonju kulturali.

Il-Ministru Bonnici spjega li, bis-saħħa ta' din l-inizjattiva, għall-ewwel darba se jkun hawn applikazzjonijiet li permezz tagħhom se jiġu rikonoxxuti dawk b'ħiliet f'sengħa jew artiġjanat patrimonjali. Huwa qal li b'hekk dawn is-snajja' se jibqgħu jiġu żviluppati u salvagwardati.

“Il-ħiliet tal-patrimonju huma ta' importanza kbira għaliex permezz tar-rikonoxximent ta' dawn il-ħiliet se nkomplu nżommu s-snajja' bħala parti integrali minn ħajjet pajjiżna u se nkomplu nagħtuhom l-importanza mistħoqqa," qal il-Ministru Bonnici.

Applikazzjonijiet għall-Heritage Skills se jiġu aċċettati għal dawn l-oqsma segwenti:

  1. Ħiliet relatati max-xogħol fil-ġebla u derivanti tagħha;
  2. Ħiliet relatati max-xogħol fl-injam;
  3. Ħiliet relatati max-xogħol fit-tessuti;
  4. Ħiliet relatati max-xogħol fil-karta;
  5. Ħiliet relatati max-xogħol fil-metall.

Fost ir-rekwiżiti meħtieġa sabiex wieħed japplika għal Heritage Skill, huwa neċessarju li wieħed jippreżenta portafoll tax-xogħlijiet tiegħu (li jinkludi rapport dettaljat kif ukoll ritratti), kif ukoll li jippreżenta kwalifiċi akkademiċi jew professjonali. Hemm ukoll skeda ta' numru minimu ta' snin ta' esperjenza li wieħed irid ikun għamel jipprattika din il-ħila.

Min hu interessat li japplika għandu jidħol fis-sit elettroniku tal-Bord tal-Warrant tar-Restawraturi: https://schmalta.mt/bord-tal-warrant-tar-restawraturi/ u jimla l-applikazzjoni sabiex ikun jista' jibda l-proċess.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Jinfetħu għall-ewwel darba l-applikazzjonijiet għall-Heritage Skills
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI: Jinfetħu għall-ewwel darba l-applikazzjonijiet għall-Heritage Skills
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow