Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Santwarju ġdid għall-qtates abbandunati fl-Għammieri

pr221770
Date Icon 20/12/2022

Il-Ministru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali Anton Refalo, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali Alicia Bugeja Said. inawgura santwarju ġdid għall-qtates abbandunati fiż-żona tal-Għammieri, li sar b’investiment ta’ €150,000. 

F’konferenza tal-aħbarijiet, id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali Patricia Azzopardi spjegat li dan is-santwarju jesa mal-150 qattus. Dawn il-qtates ħafna drabi jiġu miġbura mill-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali u jkunu abbandunati, feruti jew salvati mit-toroq. F’dan is-santwarju se jkun hemm żona apposta għall-iżolament ta’ qtates morda u post ieħor fejn jiġu kkurati mill-veterinarji.

Il-Ministru Anton Refalo rrimarka li permezz ta’ din l-inawgurazzjoni, il-gvern qed ikompli jżomm kelmtu hekk kif dan is-santwarju huwa miżura li ġiet imħabbra fil-Baġit. “Bħala ministeru qed naraw li nsaħħu u ntejbu l-infrastruttura biex il-qtates u annimali oħra li ġew abbandunati fit-toroq jingħataw saqaf u post adegwat fejn jingħataw il-kura”, spjega l-ministru waqt li elenka bosta miżuri oħra li qed iwettaq il-gvern fil-qasam tal-ħarsien tal-annimali. 

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said saħqet li dan il-proġett huwa biss pass wieħed mill-ħidma kontinwa tal-gvern f’dan is-settur. “Is-sejħa għal spazju ikbar għall-qtates kienet ilha tinħass għal diversi snin. Kuntenta li llum il-gvern qiegħed iwettaq din il-ħolma tad-diversi esponenti involuti f’dan is-settur, f’proġett li ser ikun ta’ għajnuna ikbar għas-snin li ġejjin.”

Fil-jiem li ġejjin se jkompli l-proċess biex jiġu trasferiti l-qtates kollha miż-żona l-antika wara li jiġu invistati mill-veterinarji tad-Direttorat u b’hekk jiġi żgurat li huma fi stat ta’ saħħa tajba biex jitħalltu ma’ qtates oħrajn fis-santwarju l-ġdid. Il-gvern huwa impenjat ukoll li jkompli jagħti l-appoġġ finanzjarju lil għaqdiet mhux governattivi, kif ukoll lid-diversi santwarji tal-annimali f’pajjiżna.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Santwarju ġdid għall-qtates abbandunati fl-Għammieri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Santwarju ġdid għall-qtates abbandunati fl-Għammieri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Santwarju ġdid għall-qtates abbandunati fl-Għammieri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AGRIKOLTURA, IS-SAJD U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Santwarju ġdid għall-qtates abbandunati fl-Għammieri
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow