Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ f’laqgħa uffiċjali f’Washington mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony J. Blinken

pr221768
Date Icon 19/12/2022

Matul din il-laqgħa, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u s-Segretarju tal-Istat iddiskutew it-tisħiħ tar-relazzjonijiet bilaterali li jmorru lura għal kważi 60 sena. It-tnejn saħqu li din il-laqgħa turi biċ-ċar l-impenn li għandhom iż-żewġ pajjiżi biex ikomplu jsaħħu l-kollaborazzjoni bejniethom f'diversi oqsma fosthom dawk tas-sigurta' marittima, cybersecurity u s-sitwazzjonijiet fir-reġjun tal-Meditterran.

Il-Ministru Ian Borg tkellem ukoll dwar kif huwa ta' sodisfazzjon li Malta qed tattira interess minn kumpaniji Amerikani sabiex joperaw f'pajjiżna u jħares 'il quddiem għal aktar kollaborazzjoni fir-relazzjoni kummerċjali bejn iż-żewġ pajjiżi.

“Is-siġġu ta' Malta fuq il-Kunsill tas-Sigurta' tan-Nazzjonijet Magħquda se jkun opportunita' tajba ħafna sabiex inkunu nistgħu naħdmu aktar flimkien fil-fora multilaterali. Kien għalhekk li ddiskutejna mill-qrib il-prijoritajiet ta' pajjiżna biex permezz ta' djalogu flimkien, naħdmu favur l-istabbilta' u l-paċi bejn il-pajjiżi," sostna l-Ministru Ian Borg.

Min-naħa tiegħu s-Segretarju tal-Istat Anthony J. Blinken qal li l-Istati Uniti wkoll għandha l-għan li tkompli ttejjeb ir-relazzjonijet ma' Malta f'bosta oqsma. Huwa sostna li jħares 'il quddiem sabiex ikun hemm kooperazzjoni importanti fiż-żmien li ġej fuq il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda. Blinken sostna li l-Istati Uniti laqgħet ix-xogħol importanti li għamel pajjiżna fejn jidħlu r-riformi relatati mas-saltna tad-dritt.

Ġew diskussi wkoll il-gwerra fl-Ukrajna, it-tibdil fil-klima, kwistjonijiet relatati mas-settur tal-enerġija u l-Afrika.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ f’laqgħa uffiċjali f’Washington mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony J. Blinken
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ f’laqgħa uffiċjali f’Washington mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony J. Blinken
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U EWROPEJ U L-KUMMERĊ Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin, Ewropej u l-Kummerċ f’laqgħa uffiċjali f’Washington mas-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony J. Blinken
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow