Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Jintlaħaq qbil fuq il-limitu tal-prezz tal-gass (gas price cap) mill-Ministri tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea

pr221767
Date Icon 19/12/2022

Wara negozjati intensivi fil-Kunsill tal-Enerġija, li komplew illum fi Brussell, il-Ministri tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea laħqu ftehim li se jkun qed jgħin biex jiddaħħal mekkaniżmu ta' korrezzjoni tas-suq, magħruf ukoll bħala 'gas price cap'.

Il-mekkaniżmu ta' korrezzjoni tas-suq huwa maħsub biex iwassal għall-istabbilità fis-swieq tal-gass naturali meta l-prezzijiet jibdew jogħlew b'mod eċċessiv. Din kienet is-sitwazzjoni fl-aħħar xhur fl-Unjoni Ewropea, meta l-prezzijiet żdiedu b'mod eċċessiv, partikolarment fix-xahar t'Awwissu.

F'kummenti lil ġurnalisti fil-bidu tal-laqgħa, il-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u l-Intrapriża, Miriam Dalli saħqet fuq l-importanza li jintlaħaq dan il-ftehim. Qalet li dan huwa bżonnjuż biex ikunu stabilizzati kemm il-prezz kif ukoll is-suq tal-gass. Il-Ministru Dalli qalet li dan il-ftehim huwa neċessarju għal Malta peress li Malta tuża l-gass biex tipproduċi l-enerġija.

Il-ftehim milħuq għandu l-għan li jattiva dan il-mekkaniżmu ta' korrezzjoni meta l-prezz tal-gass jogħla 'l fuq minn €180 u li fih jinkludi salvagwardji għas-sospensjoni u d- diżattivazzjoni biex b'hekk jiġi mħares is-suq tal-gass.

Il-limitu tal-prezz milħuq flimkien mal-mekkaniżmu kollu se jwasal għall-prezzijiet tal-enerġija aktar stabbli madwar l-Ewropa, minn fejn Malta timporta l-elettriku permezz tal-interconnector.

Il-Ministru għall-Enerġija, l-Ambjent u l-Intrapriża, Miriam Dalli stqarret li dan huwa pass 'il quddiem. “Dak li esperjenzajna madwar il-kontintent Ewropew f'dawn l-aħħar xhur wassal għal piżijiet fuq l-ekonomiji, il-familji u l-industrija tagħna. Għalhekk hemm bżonn ta' soluzzjoni differenti għas-sitwazzjoni preżenti f'tentattiv li jonqos il-prezz tal-gass għall-elettriku. Dan il-qbil huwa pass fid-direzzjoni t-tajba u flimkien ma' deċiżjonijiet oħra, hemm il-potenzjal li l-prezzijiet tal-enerġija jkunu kkontrollati".

Il-gwerra kontra l-Ukranja waslet għall-prezzijiet għolja tal-enerġija, u filwaqt li jidher li dawn il-prezzijiet għolja se jkomplu fix-xhur li ġejjin, l-Unjoni Ewropea qed tipprova timplementa leġiżlazzjoni li sa ċertu punt jkunu kkontrollati dawn iż-żidiet.

“F'Malta ħadna d-deċiżjoni li nżommu l-prezzijiet tal-enerġija stabbli għall-familji u n-negozji, speċjalment meta l-maġġoranza tal-industrija tagħna huma ta' daqs żgħir u medju. Dan ifisser li l-Gvern irid jaħdem aktar fuq livell Ewropew biex jassigura li ma jkunx hemm żidiet eċċessivi."

Il-Ministri tal-Enerġija laħqu wkoll ftehim fuq żewġ regolamenti oħra f'każijiet ta' emerġenza f'sitwazzjonijiet simili, waħda dwar il-permessi għas-sorsi rinnovabbli u l-oħra dwar is-solidarjetà f'każijiet ta' kriżi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA Jintlaħaq qbil fuq il-limitu tal-prezz tal-gass (gas price cap) mill-Ministri tal-Enerġija tal-Unjoni Ewropea
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow