Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI U MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INTRAPRIŻA U S-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI

pr221762
Date Icon 16/12/2022

Mis-sena li ġejja, l-immaniġġjar tal-ġbir u ġarr tal-iskart domestiku se jsir fuq bażi Reġjonali.

Hekk kif kien determinat fil-Pjan Nazzjonali dwar l-Immaniġġjar tal-Iskart, b'seħħ mit-2 ta' Jannar 2023, il-ġbir u ġarr tal-iskart kollu domestiku ser jibda jsir fuq bażi Reġjonali. 

Sabiex titneħħa l-anomalija eżistenti dwar l-iskedi tal-ġbir tal-boroż b'mod differenti bejn il-lokalitajiet, mit-2 ta' Jannar 2023 l-iskeda tal-ġranet u l-boroż li jridu jinħarġu ser tkun waħda uniformi għal Malta u Għawdex kollha.

Għaldaqstant, l-iskeda l-ġdida tal-ġranet u l-boroż li jridu jinħarġu fihom li ser tibda mit-2 ta' Jannar hi kif ġej:

It-Tnejn – Skart Organiku biss (borża bajda)

It-Tlieta – Skart imħallat (borża sewda)

L-Erbgħa – Skart Organiku biss (borża bajda)

Il-Ħamis – Skart Riċiklat (borża griza jew ħadra)

Il-Ġimgħa – Skart Organiku biss (borża bajda)

Is-Sibt - Skart Imħallat (borża sewda)

Il-ġbir tal-fliexken tal-ħġieġ se jkun qed isir kull l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, u t-tielet Ġimgħa tax-xahar.

Aktar informazzjoni dwar il-ħin tal-ħruġ u l-ġbir tal-iskart jingħata lir-residenti mill-Kunsilli Lokali u Reġjuni rispettivi.

Se tibda wkoll kampanja ta' informazzjoni fuq id-diversi mezzi tax-xandir dwar dan is-suġġett.  Jekk ikun hemm bżonn ta' aktar għajnuna jista' jsir kuntatt fuq numru tat-telefon 2090 8600 jew wieħed jista' jżur is-sit www.wastecollection.mt

pr221762a.jpeg

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow